Fizzjal mixli bi qtil involontarju

Fil-jiem li gejjin, il-Pulizija mistennija tixli fil-Qorti fizzjal tal-Forzi Armati b’diversi akkuzi b’konnessjoni mal-mewt tas-suldat Matthew Psaila, li tilef hajtu waqt tahrig f’Chadwick Lakes.

L-Ispetturi Joseph Agius u Robert Vella tad-Distrett hargu citazzjoni kontra Logotenent tal-FAM fejn huwa mifhum li fost l-akkuzi hemm negligenza b’konsegwenza li b’mod involontarju kkawza l-mewt ta’ Gunner Matthew Psaila ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex u li bhala ufficjal pubbliku kien fi dmir li jara li dan ma jsehhx. Filfatt dan il-fizzjal huwa wkoll responsabbli mis-sahha u s-sigurtà kif ukoll kien il-‘Platoon Commander’ ta’ Psaila. Il-kaz se jinstema’ quddiem il-Magistrat Dr Audrey Demicoli, li ghad trid tappunta d-data ta’ meta l-Logotenent ghandu jidher fil-Qorti. 



Il-kaz imur lura ghal nhar il-Gimgha, 13 ta’ Frar li ghadda, meta Gunner Psaila flimkien ma’ grupp ta’ suldati ohrajn mis-‘C’ Company Special Duties, kienu qeghdin jitharrgu fl-inhawi ta’ Chadwick Lakes. Kif is-suldati kienu ghaddejjin minn taht pont u f’ilma kiesah, minhabba dizlivell fejn l-ilma kien fond madwar zewg metri, uhud minnhom spiccaw taht l-ilma b’konsegwenza li qam paniku kbir. Barra li s-suldati kellhom l-uniformi imxarba, kienu qieghdin igorru madwar 20 kilo fuq darhom u l-arma.

Ufficjali li kienu maghhom bhala sorveljanza, fosthom il-Logotenent, qabzu biex jaghtu l-ghajnuna lis-suldati. Dawn ittellghu minn taht l-ilma izda hadd minnhom ma nduna li fil-qiegh kien ghad hemm Matthew Psaila. Kien aktar minn sitt minuti wara li ndunaw li Gunner Psaila kien nieqes u bdiet tfittxija ghalih f’ilma imdardar u kollu tajn.

Meta Psaila instab u ttella’ ma kienx qed jiehu nifs u kien l-intervent tas-suldati li sakemm waslet l-ambulanza zammew lis-suldat haj permezz tan-nifs artificjali u messaggi fuq qalbu tant li ghal madwar 27 minuta Gunner Psaila ma kellu l-ebda polz. Izda l-hin twil li ghamel taht l-ilma sakemm instab, il-hin sakemm giet l-ambulanza u ttiehed l-isptar kien ghadda hafna hin tant li Psaila kien kwazi klinikament mejjet. Filfatt kien permezz tal-magni li baqa’ jinzamm haj ghal tliet ijiem meta sbieh it-Tnejn, fis-16 ta’ Frar ezatt gimgha qabel kellu jaghlaq 20 sena, miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Fil-harga ta’ l-orizzont tat-18 ta’ Marzu kif ukoll fuq dan is-sit elettroniku, konna zvelajna b’mod esklussiv li t-temperatura kienet ta’ madwar 2 gradi Celsius. Konna tkellima Kenneth Chase, ufficjal fl-Ufficcju Metreologiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kkonferma li meta sehh l-accident fl-10.00 a.m. it-temperatura rregistrata kienet ta’ 5.6 gradi izda minhabba li r-rih kien qed jonfoh forza ta’ 20km fis-siegha, ghamel it-temperatura tinhass madwar 3 gradi barra mill-ilma.

Chase qalilna ukoll li bejn il-11 ta’ Frar u t-13 ta’ Frar kienet ghamlet ix-xita fejn anke kien hemm halbiet bis-silg. Dan kien ifisser li s-silg li ghamel ir-Rabat u l-inhawi, meta dab is-silg spicca jmur f’Chadwick Lakes u b’hekk kompla baxxa t-temperatura tal-ilma ghal hafna inqas minn 3 gradi celsius.

L-inkjesta Magisterjali tmexxiet mill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li fis-6 ta’ Marzu ghaddiet kollox lill-Avukat Generali. Dakinhar ukoll irrapportajt li ma kienx qed ikun eskluz li xi hadd se jitressaq il-Qorti fi qtil involontarju minhabba traskuragni.