Tinqadilha l-pala ta’ idejha f’makna tal-ghasir

Kienet reazzjoni immedjata minn impjegata fil-laundry room tal-Lukanda Excelsior fil-Floriana li mara ohra ma sofrietx hotel-excelsior-21-04-091feriti aktar gravi meta l-pala ta’ idha inqabdet fir-roller li jaghsru l-lozor.

L-accident sehh nhar it-Tnejn ghal habta tas-1.40 p.m. meta Victoria Cassar ta’ 56 sena minn Birzebbuga kienet qeghda tahdem flimkien ma’ tliet kollegi taghha li kienu qeghdin jitwu l-lozor li kienu hergin mir-roller. F’hin minnhom huma semghu lil Victoria tghajjat u wahda mill-kollegi taghha, Maria Scicluna ta’ 48 sena minn Wied il-Ghajn, kienet pronta u ghafset il-buttuna tal-emergenza u waqfet il-makna. Kollega ohra baqghet maghha ukoll ixxarbilha wicca sakemm waslet l-ghajnuna.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier u Dr Michael Spiteri mill-ERT kif ukoll membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxija mill-ufficjali James Newell, Anthony Portelli u Chris Buttigieg. Kif waslu sabu lit-teknici tal-lukanda stess li elevaw ir-rollers biex id il-mara setghet tinhareg. Bl-accident gew informati ukoll il-Pulizija fejn marru dawk mill-Ghassa tal-Belt immexxija mis-Surgent Patrick Bonnici.

Wara li nhargitilha idejha, Cassar bdiet tinghata l-ewwel ghajnuna medika fl-ambulanza sakemm twaslet l-Isptar Mater Dei fejn instabet li kienet qeghda ssofri minn grieh gravi fis-swaba’ tal-pala tal-leminja. Il-mara giet operata biex ikunu salvati s-swaba’.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Alfred Mallia tad-Distrett filwaqt li minn naha tal-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol, qed jinvestiga David Saliba.