Habta bejn mutur u karozza

mva-bkara-22-04-09Zaghzugh ta’ 23 sena minn Wied il-Ghajn iddahhal l-Isptar Mater Dei isofri minn griehi gravi meta kien involut f’accident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-accident sehh l-Erbgha ghal habta tas-2.05 p.m. fi Triq Mannarino bejn karozza Hyundai Getz misjuqa minn anzjan minn Birkirkara u mutur Honda misjuq miz-zaghzugh minn Wied il-Ghajn.  Skont l-anzjan huwa kien gej minn Triq Wignacourt u hareg ghal Triq Mannarino biex imur lejn Triq Dun Filippu Borg. Fl-istess hin kien gej iz-zaghzugh fuq il-Honda li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Imsida u kien hawn li sehhet il-habta ezatt f’salib it-toroq.

Jidher li z-zaghzugh prova jevita l-karozza izda sfortunatament xorta habat f’nofs il-karozza fuq in-naha tal-passiggier. Mad-daqqa l-mutur tkaxkar mal-karozza li waqfet fi Triq Dun Filippu Borg bil-mutur madwar metru ’l boghod mill-karozza.

Fuq il-post issejjhet ambulanza b’infermier li hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn xi griehi u baqa’ jinzamm ghal aktar kura. Sakemm il-Pulizija kellhom risposta mill-isptar dwar il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur, Triq Dun Filippu Borg inzammet maghluqa mill-Pulizija tat-Traffiku.

Rapport tal-accident thejja mill-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Anthony Zammit.