Serqu aktar minn €7,000 f’inqas minn zewg minuti

hold-up-paola-21-04-09Tliet hallelin wettqu ‘hold-up’ iehor fuq stabbilment tal-loghob fejn f’inqas minn zewg minuti serqu flus u mowbajls. Issa qed ikompli jidher bic-car li dawn il-hwienet tal-loghob saru mira facli ghall-hallelin tant li mindu bdew jifthu madwar Malta digà saru disa’ ‘hold-ups’ li nafu bihom ahna.

L-ahhar kaz sehh nhar it-Tnejn ghal habta tal-11.20 p.m. meta t-tliet hallelin, b’wicchom mghotti bil-balaklavi, libsin ingwanti skuri u wiehed minnhom armat b’senter, dahlu fl-istabbiliment ‘Fair Play’ li jinsab fi Pjazza Antoine De Paule f’Rahal Gdid. Dak il-hin fil-lokal kien hemm Jean Paul Vella ta’ 21 sena minn Hal Qormi, li huwa impjegat fil-post, u zewg klijenti – mara ta’ 47 sena mill-Gudja u ragel u ta’ 45 sena ukoll mill-Gudja.

Kif il-hallelin dahlu fl-istabbilment wiehed minnhom baqa’ hdejn il-bieb bis-senter f’idejh ghassa filwaqt li t-tnejn l-ohrajn marru direttament fuq Vella li kien mal-‘cash’ u ordnawlu biex jiftah is-safe li wiehed mill-hallelin kien jaf ezatt fejn qieghed. Mis-safe serqu ftit inqas minn €7,200 u bdew hergin ’il barra. Izda qabel harbu dak li kien ghassa mal-bieb u armat bis-senter, qal lil shabu biex jiehdu l-mowbajls ta’ Vella u taz-zewg klijenti biex ma jkunux jistghu icemplu lill-Pulizija. Kif hargu mill-hanut, il-hallelin grew fuq l-istess bankina fid-direzzjoni tal-pjazza u daru mal-ewwel kantuniera fi Triq Sammat fejn kien hemm karozza tistennihom u harbu b’velocità eccessiva.

Ftit tal-hin wara gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid immexxija mill-Ispettur Spiridione Zammit u s-Surgent Conrad Ellul. Aktar tard mar ukoll l-Ispettur Anthony Portelli mid-DIK. Il-Maniger ta’ ‘Fair Play’, Kenneth Fenech ta’ 29 sena minn Birkirkara, ukoll mar fuq il-post. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li ghamlu l-Pulizija irrizulta li fl-inhawi hemm zewg hwienet fil-qrib li ghandhom cameras tas-sigurtà. Il-bierah filghodu, hekk kif dawn fethu ghan-negozju, il-Pulizija elevaw il-filmati ghal aktar stharrig.

Ghalkemm hadd mit-tliet vittmi ma sofra ebda griehi, il-mara li kienet fl-istabbiliment tal-loghob giet ezaminata minn tabib fic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid stess minhabba xokk li kellha fuqha.

B’dan il-‘hold-up’ giet informata l-Magistrat Dr Doreen Clarke li ordnat inkjesta u hatret lil Dr Joe Mifsud bhala espert tal-Qorti u lil Martin Bajada biex jezamina l-filmati migbudin mill-cameras tas-sigurtà flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Dan kien it-23 ‘hold-up’ din is-sena, wiehed biss inqas li saru fi 12-il xahar is-sena l-ohra kollha. Minn Dicembru 2007 sal-bierah saru disa’  ‘hold-ups’ fuq stabbilmenti tal-loghob. Fl-2007 gew irrapportati tlieta – fil-Mosta, Hamrun, Gzira u Birkirkara. Fl-2008 gew irrapportati tnejn – f’Haz-Zabbar u Gzira filwaqt li din is-sena digà saru tlieta – f’Birkirkara, Marsa u Rahal Gdid li sehhew kollha dan ix-xahar.