Jintlaqat minn xarabank

paola-imtajjarRagel ta’ 43 sena minn Haz-Zabbar sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn xarabank.

L-accident sehh nhar it-Tnejn ghal habta tal-10.50 a.m. quddiem l-Ghassa tal-Pulizija f’Rahal Gdid. Dak il-hin ir-ragel kien qed jaqsam it-triq meta ntlaqat minn xarabank li kienet sejra fid-direzzjoni tal-Marsa. Mad-daqqa r-ragel spicca taht il-vettura fejn x’aktarx li r-rota tax-xarabank rifsitlu riglejh. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera u tabib mic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid. Iz-Zabbari ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kellu xi ksur.

Is-Surgent Jeffrey Cutajar mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid hejja rapport tal-accident.