Habat ma’ zewg vetturi bil-Pulizija jsuqu warajh

msida-chaseZaghzugh ta’ 21 sena minn Santa Venera, li m’ghandux licenzja tas-sewqan, mhux biss pogga fil-periklu l-hajja ta’ sewwieqa u persuni ohrajn, imma anke ta’ tliet t-hbieb tieghu li kienu fil-karozza mieghu meta saq b’velocità eccessiva biex jahrab mill-Pulizija.

Il-kaz beda ghall-habta tat-3.30 p.m. ta’ nhar il-Hadd fil-bypass ta’ Birkirkara, meta unit mill-Iskwadra tal-Mobile waqfet karozza Mazda 626 minhabba li s-sewwieq deher suspettuz. Kif il-Pulizija hargu mill-karozza u avvicinaw lis-sewwieq, dan harab b’velocità eccessiva bil-Pulizija jsuqu warajh. Kif nizel ghal Triq il-Wied fl-Imsida fid-direzzjoni ta’ Birkirkara, baqa’ diehel fuq wara ta’ karozza tal-linja u mar fuq in-naha l-ohra tat-triq fejn baqa’ diehel head-on f’karozza Fiat misjuqa minn ragel ta’ 60 sena minn Birkirkara li mieghu kellu lill-martu ta’ 58 sena. Konsegwenza tal-habta, tfajla ta’ 16-il sena li kienet fil-Mazda u l-mara li kienet fil-Fiat, kellhom jittiehdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn instabu li kienu qeghdin isofru minn diversi griehi imma ma kinux fil-periklu tal-mewt. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgenti Maria Cuschieri u Jeffrey Schembri mill-Ghassa tal-Imsida fejn hejjew rapport. Ftit wara gie fuq il-post is-Supretendent Antonello Grech tad-Distrett.