Il-Gvern Taljan “icedi”…… IMMA!

Bhalma gara kwazi hames snin ilu, meta 37 klandestin kienu salvati mill-vapur “Cap Anamur”, tard il-Hadd waranofsinhar l-Awtoritajiet Taljani awtorizzaw lill-vapur MV “Pinar E” biex jidhol fl-ibhra Taljani biex madwar 150 klandestin li kienu salvati nhar il-Hamis li ghadda, jitnizzlu fuq Patrol Boats Taljani u jidahhlu l-Italja.

Il-Gvern Malti baqa’ jzomm sod minkejja l-pressjoni li saret mill-Ministru tal-Intern Taljan Roberto Maroni fejn baqa’ jinsisti li l-klandestini jingiebu Malta minkejja li kienu qrib hafna tal-gzira Taljana Lampedusa.

pinar-2L-ewwel grupp ta’ 20 klandestin ittieħdu f’Porto Empedocle fi Sqallija ghax kellhom bzonn urgenti tal-kura medika. Wara li tniżżel mill-vapur tal-merkanzija Tork 90 klandestin li kien fadal peress li l-kumplament tal-grupp kien digà ttiehdu l-art ukoll minhabba ragunijiet ta’ sahha.

Sadanittant skont il-gurnal Taljan Corriere della Sera fuq il-vapur Pinar ittella’ tim mediku minhabba li tnejn mill-ekwipagg kellhom bzonn il-kura medika.

Izda minkejja li din is-saga intemmet, jidher li nholqot kwistjoni diplomatika. Min-naha, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti, Tonio Borg, qed jghid li din kienet biss “tilwima bejn zewgt ihbieb”, dak Taljan, Maroni irid li din ma tieqafx hawn. Filfatt huwa gie kkowtat jghid li “se nitlob lill-Kummissjoni Ewropea ghal intervent defenittiv fuq din il-kwistjoni. L-intervent kommunitarju ghandu jservi biex jassigura u biex tordna li kulhadd jaghmel dak li ghandu jaghmel, cioè li jintervjeni fiz-zona li hija kompetenza tieghu. Ilqajna dawn il-persuni ovviament fuq ragunijiet umanitarji ghax is-sitwazzjoni fuq il-vapur saret kumplikata. Se nikkontestaw in-nuqqas tal-intervent minn naha ta’ Malta”, qal Roberto Maroni.pinar-1

Huwa kompla jghid li “S’issa l-Italja interveniet anki f’ibhra li huma kompetenza ta’ Malta minhabba ragunijiet umanitarji. Imma minn issa ’l quddiem se nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni u tistabillix r-regoli u taccerta ta’ min hi r-responsabbilità biex fil-futur ikunu evitati kazi simili” sahaq Maroni.

Nhar il-Hadd filghodu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li Malta digà qieghda terfa’ piz kbir bl-immigrazzjoni illegali u kien qed jistenna li l-Ewropa kollha tkun qieghda wara Malta f’dan il-mument partikolari, ghax fuq kollox dan huwa piz Ewropew u mhux ta’ Malta biss. 

F’Birkirkara, Dr Gonzi tkellem dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fuq il-vapur Tork l-MV “Pinar E” li kien ilu minn nhar il-Gimgha ankrat ftit mili boghod minn Lampedusa b’madwar 150 immigrant illegali fuqu li gew salvati mill-ekwipagg tal-dan il-vapur. Huwa qal li ghal snin twal meta gew salvati klandestini f’dawk l-inhawi, il-prattika minn dejjem kienet li dawn in-nies ittiehdu u ghandhom jibqghu jittiehdu, fl-eqreb port ta’ salvatagg li f’dan il-kaz huwa Lampedusa, insista l-Prim Ministru Malti.

Min-naha l-ohra, il-Ministru tal-Intern Taljan, Roberto Maroni, baqa’ jghid totalment il-kuntrarju u sahansitra ghajjar lill-Gvern Malti li huwa “zbaljat u censurabbli” ghal mod kif qed japplika l-ftehim internazzonali u dak Ewropew.

Il-Gvern Taljan ma riedx jaccetta lill-150 klandestin li kienu salvati mill-vapur Tork tal-merkanzija nhar il-Hamis meta dawn kienu 41 mil nawtiku mill-gzira Taljana, Lampedusa u 114 mil nawtiku minn Malta. Sahansitra l-Ministru ghall-Affarijiet Barranin Taljan, Franco Frattini, ta struzzjonijiet lill-Ambaxxatur Taljan f’Malta, Paolo Andrea Trabalza, biex jiehu l-passi fl-oghla livell mal-Gvern Malti biex tinstab soluzzjoni.

Rapporti fil-midja Taljana qalu li l-Ministri Taljani, dak ghall-Affarijiet Barranin Franco Frattini u dak ghall-Intern Roberto Maroni f’kuntatt dirett mal-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, waslu biex jilqghu lill-immigranti li kienu fuq il-vapur. Dan sar in-vista tan-nuqqas ta’ disponilità mill-Gvern Malti minkejja l-appell li saru mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso. 

Iz-zewg ministri Taljani hadu din id-decizjoni esklussivament minhabba l-qaghda prekarja u ta’ emergenza umanitarja li nholqot abbord il-vapur u dan ma ghandux johloq l-ebda precedent, accertaw iz-zewg ministri fi stqarrija kongunta.

Skont rapporti fil-midja Taljana qalu li din il-kwistjoni setghet poggiet fil-periklu r-rapporti tajbin bejn l-Italja u Malta. Is-salvatagg sar f’ibhra li huma taht ir-responsabilità ta’ Malta, l-operazzjoni tmexxiet minn Malta u ghalhekk kienu responsabbli ghalihom il-Maltin. Izda, komplew jghidu t-Taljani, l-Awtoritajiet Maltin ordnaw lill-vapur biex imur lejn Lampedusa ghax kien l-eqreb port. Imma Maroni mhux jemmen dan tant li qed ihejji rapport dettaljat dwar dan il-kaz li se jipprezentah lill-Kummissjoni Ewropea l-gimgha d-diehla stess. “F’hafna kazi Malta qeghda titfa’ fuq l-Italja l-intervent ta’ salvatagg minn fuq il-bahar”, akkuza l-Ministru Taljan.



“Il-problema mhix il-150 klandestin imma l-mod zbaljat ta’ kif Malta qeghda tapplika l-ftehim,” baqa’ jishaq Roberto Maroni.

Sorsi qrib ic-Centru ta’ Salvatagg tal-FAM f’Hal Luqa, qalu lil l-orizzont li l-Awtoritajiet Taljani qeghdin jinterprettaw iz-zona ta’ salvatagg li taqa’ taht ir-responsabbilità ta’ Malta, bhala zona li kull min jigi salvatt jingieb Malta. 

“Huwa minnu li l-154 klandestin kienu salvati fiz-zona Maltija ta’ Tfittix u Salvatagg u kien ghalhekk li l-FAM ghamlu dak li kien mitlub minnhom biex jikkordinaw is-salvatagg ta’ dawn il-persuni”, qalulna s-sorsi. Imma dan ma jfissirx li ghax sar il-kordinament minn Malta biex gew salvati l-hajja ta’ dawn il-persuni, allura jingiebu hawn Malta, komplew jghidulna s-sorsi.

“It-Taljani jridu jfarfru mir-responsabilità taghhom ghax il-problema klandestina hija kbira f’pajjizhom daqs dik ta’ Malta, imma l-ligi internazzjonali hija cara – min ikun salvat jittiehed fl-eqreb port. Dawn kienu waslu anke sa 17-il mil nawtiku minn Lampedusa u xorta t-Taljani rrifjutaw li jonoraw l-obbligazzjonijiet taghhom”, insistew is-sorsi taghhna.

 

Dan il-kaz huwa simili ghal dak li sehh nhar il-Hadd, 20 ta’ Gunju 2004 meta l-vapru ‘Cap Anamur’ kien salva 37 klandestin barra l-Port ta’ Empedocle fi Sqallija. Dakinahr ukoll l-Awtoritajiet Taljani zammew il-vapur ’il boghod mill-kosta ta’ Agrigento taht sorveljanza biex ma jidholx lejn l-Italja.

Kien biss wara 21 gurnata bejn sema u ilma li t-Taljani cedew u thalla jidhol fil-Port ta’ Empedocle. Anke dakinhar il-Gvern Taljan kien akkuza lill-Gvern Malti li dawn kienu salvati mill-ibhra Maltin u li kellhom jingiebu Malta. Izda l-Gvern Malti kien zamm sod u dawn iddahhlu Sqallija.