L-aggressur jispicca vittma ukoll

fire-lija-17-04-09Ragel li ried ipoggi fil-periklu l-hajja tas-Sindku ta’ Hal Lija u persuni ohrajn, spicca hu stess isofri minn hruq estensiv u li x’aktarx ma marx ghal kura medika biex ma jinkixifx.

Il-Hamis ghal habta tal-11.30 p.m. is-Sindku ta’ Hal-Lija, Ian Castaldi Paris, meta kien id-dar tieghu fi Triq is-Salvatur f’Hal Lija stess, sema xi hsejjes gejjin minn barra u kif hareg biex jara x’kien hemm ra regel jigri bi hwejjgu jaqbdu. Dan wara li l-istess ragel prova jaghti n-nar ir-residenza tas-Sindku u l-karozza tieghu. Dan ir-reat inqabad kollu fuq filmati migbudin minn camera tas-sigurtà.

Ir-ragel deher ixerred likwidu u kif xeghel lighter jew sulfarina, in-nirien tferxu anke ghal fuqu. Huwa deher jahrab minn fuq il-post bi hwejjgu vampa nar. Huwa mifhum li r-ragel nehha l-hwejjeg minn fuqu u tefaghhom taht karozza b’konsegwenza li zewg karozzi garbu hsarat bin-nirien. L-istess nirien anke tferxu ghal residenza privata.

Mill-filmati jidher car ir-ragel jigri bi hwejjgu jiehdu n-nar u ghalhekk x’aktarx li sofra xi hruq serju. Izda jidher li r-ragel ma marx ghall-kura medika.

Kienet wahda mill-girien tas-Sindku Castaldi Paris li cemplet lill-Pulizija meta ghal habta tal-11.30 p.m. kienet id-dar f’kamra qrib gallarija li taghti ghal Triq is-Salvatur u rat ragel jigri bi hwejjgu vampa nar.

Fuq il-post marru l-Puizija mill-Ghassa ta’ Birkirkara mmexxija mis-Surgenti Stephen Micallef u Alan La Grasta li flimkien mal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile pruvaw jikkontrollaw in-nirien sakemm waslu fuq il-post membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li gabu s-sitwazzjoni taht kontroll fi ftit hin.

In-nirien lehqu ghamlu hsarat f’karozza Volkswagen Bora u Opel Corsa kif ukoll f’residenza privata fejn saru hsarat estensivi.

 Is-Sindku ta’ Hal Lija qal li dan l-att vandalu kien immirat ghalih x’aktarx b’konnessjoni mal-kariga tieghu fil-Kunsill Lokali. Huwa qal li kein anke ircieva xi ittra ta’ theddid izda ma jistax jghid min seta’ kien li wettaq dan ir-reat.

Bil-kaz gew informati s-Supretendent Antonello Grech u l-Ispettur Nikolai Sant tad-Distrett li bdew jinvestigaw il-kaz. Il-Magistrat Dr Anthony Vella ordna inkjesta u hatar lill-Professur Alfred Vella, lil Dr Anthony Cutajar, lill-Perit Richard Aquilina, lil Martin Bajada u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Il-Pulizija elevaw il-filmati migbudin mill-camera tas-sigurtà kif ukoll il-hwejjeg tal-kriminali u oggetti ohrajn. L-investigaturi anke tkellmu ma’ tobba u infermieri fl-Isptar Mater Dei u c-Centri tas-Sahha biex jaraw jekk matul il-lejl marx xi hadd isofri minn griehi kkawzati minn hruq.