It-Taljani jridu jibaghtuhom Malta

Il-Gvern Taljan jidher li se jzomm iebes u ma jridx jaccetta madwar 150 klandestin li kienu salvati minn vapur Tork tal-merkanzija meta dawn kienu 41 mil nawtiku mill-gzira Taljana, Lampedusa u 114 mil nawtiku minn Malta. Izda minkejja li l-klandestini kienu hafna eqreb lejn Lampedusa milli lejn Malta, l-Awtoritajiet Taljani baqghu jinsistu li dawn jingiebu Malta.

torkIl-kaz kellu l-bidu tieghu nhar il-Hamis ghal habta tal-5.10 a.m. meta c-Centru ta’ Salvatagg f’Ruma informa lill-Forzi Armati ta’ Malta li madwar 45 mil nawtiku minn Lampedusa u 112-il mil minn Malta kien hemm dghajsa bil-klandestini u li kienet qeghda tingarr mill-kurrenti. Ic-Centru ta’ Salvataggg tal-FAM f’Hal Luqa immedjatament u b’mod mill-aktar responsabbli ghamel kuntatt ma’ l-iktar vapur li kien fil-vicinanzi li dak il-hin kien l-MV ‘Pinar E’ li jtajjar bandiera tal-Panama u talbuh jassisti lill-klandestini.

L-MV ‘Pinar E’ kien fi triqtu lejn il-port ta’ Sfax fit-Tunezija izda xorta irrisponda ghas-sejha fejn ikkonferma li fuq id-dghajsa kien hemm madwar 70 klandestin li kellhom bzonn l-ghajnuna. Ftit tal-hin wara l-Kaptan tal-istess vapur irrapporta li kien hemm dghajsa ohra izda dawn riedu jibqghu sejrin lejn l-Italja.

Aktar tard waranofsinhar il-FAM informat lill-Kaptan tal-MV ‘Pinar E’ li jekk il-klandestini kellhom bzonn ghajnuna urgenti, allura l-vapur tal-merkanzija kien marbut bl-obbligazzjoni internazzjonali li jipprovdi l-assitenza mehtiega u jmur bihom fl-eqreb port li f’dan il-kaz kien Lampedusa. Il-Kaptan irrapporta li l-klandestini dehru nervuzi u li s-sitwazzjoni kienet perikoluza. Kien ikkonfermat ukoll li kien hemm minnhom li kienu feruti u li kellhom bzonn l-ghajnuna medika b’mod urgenti. Ghaldqstant l-Awtoritajiet Maltin baqghu jinsistu li dawn kellhom jittiehdu fl-eqreb port.

Ftit tal-hin wara l-MV ‘Pinar E’ irrapporta li fil-bahar kien hemm kadavru qrib id-dghajsa tal-klandestini u li kien hemm dghajsa ohra mimlija nies riesqa lejhom. Ghal habta tal-4.58 p.m. il-vapur tella’ abbord 154 klandestin li kienu fuq iz-zewg dghajjes fosthom mara tqila u madwar 25 li kienu feruti. Minn dawn seba’ minnhom kellhom bzonn urgenti ta’ kura medika minhabba xi ksur li sofrew. Barra minn hekk il-klandestini kollha kellhom bzonn tal-ilma u ikel.

Minkejja s-sitwazzjoni gravi u li kompliet tiggrava, l-Awtoritajiet Taljani baqghu jirrifjutaw li jaccettaw lil dawn il-persuni tant li anke gabu skuza li ma kellhomx Patrol Boats jew opri ohrajn biex imorru jassistu lill-klandestini. Barra minn hekk it-Taljani komplew jinsistu ukoll li l-klandestini ghandhom jittiehdu Malta ghax kienu fiz-zona ta’ Tfittix u Salvatagg ta’ Malta.

Il-kaptan tal-MV ‘Pinar E’ prova jaqdi dmieru kif titlob il-ligi internazzjonali u talab biex jibda jersaq lejn Lampedusa ghax dak kien l-eqreb port sigur. Izda t-Taljani ma accettawx u rrifjutaw li jaghtu permess lil Kaptan biex jidhol fl-ibhra Taljani u informawh li kienu se jibghatu vapur tan-Navy Taljan biex jaccertaw li l-MV ‘Pinar E’ ma jersaqx lejn l-ibhra Taljani. Izda l-kaptan baqa’ jinsisti li abbord kellu persuni bi bzonn urgenti tal-ghajnuna medika u li ried li t-Taljani jibghatu din l-ghajnuna urgenti. Ir-risposta minghand it-Taljani kienet li l-vapur kellu jkompli l-vjagg tieghu lejn Sfax fit-Tunezija.

Ftit wara t-Taljani f’kuntatt iehor mal-MV ‘Pinar E’ qalu lill-Kaptan li kienu se jibghatu l-ghajnuna medika imma xorta kellu jsalpa lejn Malta. Izda biex il-Kaptan tal-vapur Tork izomm mal-obbligi internazzjonali, baqa’ jinsisti li jmur Lampedusa imma t-Taljani baqghu ma awtorizzawx lill-MV ‘Pinar E’ biex jidhol fl-ibhra Taljani u li kellu jieqaf 24 mil minn Lampedusa jistenna l-ghajnuna medika tasal. Izda aktar tard il-Hamis, ghal habta tal-10.50 p.m. it-Taljani qalu li minhabba li l-kundizzjonijiet tal-bahar ma kienux tajbin, ma setghux jersqu lejn il-vapur u zammew distanza ta’ madwar zewg mili nawtici jghassu lill-vapur Tork biex ma jersaqx lejn Lampedusa.

Sadanittant il-Gimgha ghal habta tas-12.39 p.m. il-Kaptan tal-MV ‘Pinar E’ irrapporta li kien hemm helikopter Taljan jittajjar fuqu. Ftit tal-hin wara tnizzel tabib u minn fuq il-vapur ittelghu zewg klandestini li ttiehdu fi sptar f’Catania. Skont rapporti minn agenziji tal-ahbarijiet Taljani, il-kaptan gie rrapportat li qal li l-klandestini qieghdin isofru minn hipotermija u nuqqas ta’ xorb.

Din it-tilwima diplomatika gabet botta u risposta bejn il-Ministru tal-Intern Taljan, Roberto Maroni, u dak Malti Carmelo Mifsud Bonnici fejn it-tnejn baqghu jsostnu fuq interpretazzjoni differenti tal-ftehim dwar is-salvatagg mil-bahar.

Sakemm tlesta dan ir-rapport is-sitwazzjoni kienet l-istess bil-madwar 150 klandestin fuq l-MV ‘Pinar E’ flimkien mal-ekwipagg bejn sema u ilma qrib Lampedusa.