Ufficjal investigat li ha flus minn locker

serq-habsIl-Pulizija qeghda tinvestiga serq li allegatament ilu jsir fuq perjodu twil minn ufficjal tal-Habs ta’ Kordin li ha flus minn kartieri ta’ vizitaturi li jkunu msakkrin fil-locker.

Sorsi qrib il-Habs ta’ Kordin qaluli li l-awtoritajiet tal-Habs kienu ircevew ilmenti minn persuni li jmorru l-Habs biex jiehdu xoghol ghat-Tuck Shop u ghall-Mess (kanteen) minhabba li kultant zmien kienu jsibu xi flus neqsin. Il-procedura hija li kull persuna li tmur il-Habs, kemm bhala vizitatur biex tara lil xi prigunier kif ukoll jekk tmur b’xi xoghol, ma jista’ jdahhal xejn fil-Habs. Ghaldaqsant l-Awtoritajiet tal-Habs jipprovdu locker zghir fejn l-individwu jpoggi kull ma jkollu fuqu, bhal kartiera, cwievet, mowbajl u affarijiet personali fih. Il-locker jissakkar u l-individwu jzomm ic-cavetta tal-locker hu.

Is-sorsi taghna qalulna li dan l-ahhar impjegat ma’ kumpanija tal-minerali li jmur iqassam kaxxi tal-minerali fil-Habs, innota li kellu xi flus neqsin mill-kartira tieghu wara li kien ghadu kif qassam ix-xoghol fil-Habs. Inghad li l-impjegat ma dahalu l-ebda suspett u haseb li kien xi zball tieghu sakemm l-istess haga irrepetiet ruhha.

Ghaldaqstant dan l-impjegat meta rega’ mar il-Habs biex-xoghol, pogga l-mowbajl tieghu faccata fil-locker u xeghel il-video camera tal-mowbajl u kompla jpoggi l-kumplament tal-oggetti personali fosthom il-kartira bil-flus.

Meta mar lura u ha kollox u hareg barra mill-Habs, iccekkja l-filmat tal-mowbajl fejn allegatament deher xi hadd jiftah il-locker, jiehu l-kartira, jiehu flus mill-istess kartira u jerga’ jpoggiha f’postha. L-istess sorsi fil-Habs ta’ Kordin qalulna li biex jinfetah locker trid tintuza cavetta ‘Master’ li ghalija huwa responsabbli ufficjal wiehed biss.

B’dan il-kaz gew informati l-Pulizija tad-Distrett fejn beda jinvestiga l-kaz l-Ispettur Alex Grech mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid. Huwa mifhum li l-Pulizija qeghda zzomm Maggur ta’ madwar 50 sena minn Santa Venera biex jghinha fl-istharrig.