Ir-Ranger tal-Foresta 2000 milqut minn comb f’widnejh

Il-Pulizija qeghda zzomm ragel mill-Mellieha li ghandu konnessjoni ma’ ghaqda tal-kaccaturi fil-Mellieha dwar sparatura li fiha intlaqat Ray Vella ta’ 51 sena mill-Mellieha li huwa r-‘Ranger’ ta’ Foresta 2000 fil-Mellieha.

Nhar it-Tlieta ghal ftit wara s-6.00 a.m. Vella mar biex jiftah Foresta 2000 fil-Mellieha u hekk kif nizel mil-Land Rover tieghu u kien qed jiftah il-grada, sema’ tir ta’ senter gej minn qalb is-sigar. Huwa hass xi haga tolqtu f’widnejh u kif hass b’idu induna li kien hiereg id-demm.

Kien Vella stess li cempel ghall-ambulanza izda qabel din waslet fuq il-post lehqu waslu l-Pulizija fejn l-ewwel li waslu kienu s-Surgent Gino Caruana u l-Kuntistabbli Anthony Camilleri mill-Iskwadra tal-ALE. Ftit wara waslu ukoll il-Pulizija tal-Mobile li bdew tfittxija ghal min spara t-tir ta’ senter.

Ray Vella ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi hfief tant li wara li nghata l-kura mehtiega, intbghat id-dar.

Minhabba li Ray Vella kien digà safa vittma darb’ ohra ta’ sparatura kif ukoll kellu xi kmamar fir-razzett tieghu vandalizzati, il-Pulizija x’aktarx li qeghdin jisthargu dan il-kaz bhala attentat ta’ qtil. Minn aktar stharrig il-Pulizija arrestaw ragel mill-Mellieha li ghandu konnessjoni ma’ ghaqda tal-kaccaturi fil-Mellieha fejn huwa mifhum li l-Pulizija elevaw madwar ghaxar snieter mir-residenza tieghu ghal aktar stharrig.

B’dan il-kaz gie informat il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna li ordna inkjesta.