Serqu trakk mimli ‘appliances’ godda

Hallelin stennew il-gurnata u l-post ezatt biex wettqu serqa meqjusa bhala wahda professjonali fejn serqu trakk mimli bl-appliances li jiswew aktar minn €9,000.

Il-kaz sehh it-Tnejn ghall-habta tad-9.00 a.m. fi Triq il-Mahznier f’Hal Luqa. Dak il-hin zewg impjegati tal-Balay kienu ghadhom kif waslu f’din it-triq fejn kellhom ihotti hames prodotti ghand klijenta. Wara li kienu digà tellghu zewg prodotti u nizlu ghat-tielet wiehed, inhasdu meta t-trakk li kien mimli prodotti godda biex jittiehdu ghand diversi klijenti, ma kienx hemm. Fost il-prodotti misruqin kien hemm frigis, ‘washing machines’ u ‘cookers’. It-trakk ghandu miktub b’ittri kbar il-kelma ‘Balay’ fuq il-genb tieghu.

Il-hallelin kienu ppreparati sew tant li mhux biss fethu l-kabina tat-trakk, li kienet imsakkra, imma fi ftit minuti anke startjaw il-magna u harbu bit-trakk Toyota Dyna b’kollox. Il-kriminali kienu ppreparati sew tant li t-triq li ghazlu fejn iwettqu s-serqa hija wahda kwieta u serqu t-trakk meta kien ghadu mimli minhabba li l-klijenta fi Triq il-Mahznier kienet l-ewwel wahda.

Iz-zewg impjegati, wiehed ta’ 33 sena minn San Pawl il-Bahar u l-iehor ta’ 43 sena mill-Kalkara, informaw lill-imghallem taghhom li minn naha tieghu informa lill-Pulizija.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Fras Micallef mill-Ghassa ta’ Hal Luqa.