Passiggier f’karozza jsofri griehi gravi

mva-san-giljan-11-04-09Nicholas Vella Muskat ta’ madwr 20 sena minn Tas-Sliema qed jinzamm l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura wara li sofra griehi gravi f’accident tat-traffiku f’San Giljan. Il-kaz sehh Is-Sibt ghal habta tal-4.30 a.m. fi Triq Gorg Borg Olivier.

F’dan l-accident kienu involuti karozza Fiat Panda, misjuqa minn Zachery Demarco ukoll ta’ madwar 20 sena u minn Tas-Sliema u l kellu mieghu lil Muskat, u karozza Mercedes tal-Wembley li ma stajniex nikkonfermaw l-identità tas-sewwieq. Dak il-hin il-Fiat Panda kienet qed tinsaq fid-direzzjoni ta’ Tas-Sliema filwaqt li l-Mercedes kienet sejra fid-direzzjoni opposta meta sehhet il-habta head-on.

Minhabba li Muskat u Demarco inqabdu qalb it-tifrik fuq il-post issejhu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza b’infermiera u Dr Jonathan Joslin mill-ERT. Biex is-sewwieq tal-Panda u l-passiggier li kellu mieghu setghu jinhargu minn qalb it-tifrik, il-membri tal-Protezzjoni Civili kellhom iqacctu parti mill-karozza fosthom bieba u parti mis-saqaf. Minn naha l-ohra s-sewwieq tal-Mercedes hareg wahdu.

It-tliet irgiel ittiehdu l-Isptar Mater Dei fejn Demarco u tal-Mercedes gew iccertifikati li sofrew griehi hfief izda Muskat kellu jibqa’ jinzamm ghal aktar kura minhabba griehi gravi. Fuq il-post kien hemm ukoll il-Pulizija tal-Mobile  dawk mill-Ghassa ta’ San Giljan.