Arbli gharwenin ghall-Gimgha l-Kbira

Ghall-ewwel darba bini pubblici fosthom l-Ghases tal-Pulizija inkluz id-Depot, il-bierah – il-Gimgha l-Kbira – u llum, ma kellhomx u mhux se jkollhom il-bnadar mezz’asta bhala turija ta’ rispett. Minflok ma ttellghu l-ebda bnadar.

pulizija-gimgha-l-kbiraDawra li madwar xi lokalitajiet innotajna li l-Ghases tal-Pulizija, il-Kwartieri Generali tal-Pulizija u anke l-Akkademja tal-Pulizija, ghall-ewwel darba ma kellhomx il-bandiera mtella’ sa nofs l-arblu bhal ma jsir kull sena fil-Gimgha l-Kbira u Sibt il-Ghid. Dan dejjem sar bhala rispett ghar-religjon Kattolika, li hija dik ta’ Malta kif hemm imnizzel fil-Kostituzzjoni.

Meta staqsejt ghaliex din is-sena l-ghases u bini tal-Pulizija ma kellhomx il-bandiera ta’ Malta mezz’asta, ir-risposta kienet ghax dik hija l-ordni. Ghaldaqstant komplejt nistharreg u sibt li l-ordni giet direttament minghand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Fil-fatt nhar l-Erbgha, 8 ta’ April, inhareg messagg bin-numru ta’ referenza GHQ/HR/55/2009/MSG bis-suggett il-Bandiera Nazzjonali li jghid hekk: “Referenza qed issir ghal messagg numru GHQ/HR/53/2009/MSG li kien trasmess fit-2 ta’ April bis-suggett ta’ hawn fuq. Jekk joghgobkom innotaw li in vista ta’ struzzjonijiet li nghataw lilna, il-bandiera ta’ Malta m’ghandhiex tittella’ fuq bini tal-Pulizija fil-Gimgha l-Kbira, 10 ta’ April, u Sibt il-Ghid, 11 ta’ April. Rigward direttivi ohrajn li jeffettwaw Hamis ix-Xirka u l-Ghid, dawn jibqghu l-istess”, itemm jghid il-messagg.

X’aktarx li l-messagg numru GHQ/HR/53/2009/MSG kien jghid biex il-bnadar jittajjru mezz’asta, izda ma stajtx nikkonferma dan.

Meta morna d-Depot tal-Pulizija innotajna ukoll li mhux il-bandiera ta’ Malta biss ma ttellghetx mezz’asta izda kien hemm nieqsa ukoll il-bandiera tal-Korp tal-Pulizija.

Sorsi li tkellmu mieghi qaluli li din id-decizjoni ttiehdet biex ma jkunux insulentati jew urtati religjonijiet ohrajn. Izda stonat hafna li filwaqt li fuq il-Kwartieri Generali tal-Pulizija ma ttellghet l-ebda bandiera mezz’asta kif dejjem sar fil-passat, fuq il-bieb tal-istess kwartieri hemm salib kbir bil-bozoz u fid-Depot stess ghaddejja wirja tal-Mejda tal-Appostli u l-Passjoni ta’ Gesù Kristu. Minbarra hekk kwazi f’kull ghassa ssib xi xbiha jew santa tal-Madonna jew ta’ Gesù.

Jidher izda li din l-ordni mhux lill-Korp tal-Pulizija biss inghatat imma anke xi dipartimenti tal-Gvern. Bini iehor li kienu minghajr bnadar jinkludu lil Kastilja li hija l-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-Palazz tal-President fil-Belt u ministeri. Postijiet ohrajn, fosthom ic-Centru tas-Sahha tal-Floriana kellu l-bandiera mezz’asta. Min-naha l-ohra l-Ambaxxata Taljana fil-Floriana u c-Centru Kulturali Taljan f’Misrah San Gorg fil-Belt, faccata tal-Palazz tal-President, dawn b’turija ta’ rispett kellhom il-bandiera mezz’asta. Hafna residenti madwar Malta u Ghawdex kif ukoll ghaqdiet kollha kellhom il-bnadar fuq il-bjut mezz’asta.

Matul id-dawra taghna innotajna ukoll li kien hemm min il-bandiera jew bnadar hallewhom iperpru sa fuq. Fost dawn il-bandiera li hemm hdejn il-Qanpiena tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, l-Isptar Mater Dei, fl-Imsida l-bandiera tal-Kunsill, ta’ Malta u tal-UE thallew sa fuq. Anke l-kazin tal-PN fil-Belt hallew il-bandiera tal-Partit, tal-UE u ta’ Malta jperpru sa fuq.