Disgustati bl-agir ta’ ufficjal tal-Pulizija

qormi-police-stationQarrej ta’ l-orizzont kif ukoll ta’ dan is-sit elettroniku baqa’ skantat u ddisgustat bl-agir ta’ ufficjal mara fl-Ghassa ta’ Hal Qormi li allegatament b’suppervja battlet ‘dustbin’ mimli skart minn sular gholi ghax hadd ma seta’ jmur ibattalulha.

Il-kaz sehh nhar il-Hamis fin-12.30 p.m. meta fl-ghassa kien hemm sitt pajzana u l-pulizija li kienu xoghol. Dak il-hin il-pulizija kienu ghaddejjin bil-kaz ta’ feriment fejn barra l-akkuzat kien hemm persuni ohrajn kemm irgiel kif ukoll nisa. 

Kien hawn li dahal fl-ghassa qarrej taghna fejn mar biex jara ghaliex ircieva citazzjoni dwar allegat rimi ta’ xi karta fl-art. 



“Kif kont hemm smajt lil xi hadd jghid li l-ufficjal mara, li ghandha l-ufficcju fis-sular ta’ fuq, riedet li wiehed mill-Pulizija jitla’ biex ibattal id-‘dustbin’ li mtliet hi stess fl-ufficcju taghha”, qalilna l-qarrej. 

Hu kompla jghid li dak il-hin il-Pulizija kienu impenjati sew izda minflok ma din l-ufficjal stenniet, x’aktarx b’suppervja, battlet hi stess id-‘dustbin’ billi harget mill-ufficcju taghha u zvojtatu minn fuq ghal isfel. 



“Jien bqajt halqi miftuh u qbadt il-mowbajl u gbidt ritratt. Mela hekk sew xi Pulizija qal li lili rani narmi karta barra, xi haga li nichad li ghamilt, u ufficjal tal-Pulizija fl-ghassa stess batlet il-hmieg u l-iskart taghha f’post pubbliku qalb in-nies. 

Jien nistaqsi, liema Pulizija hareg citazzjoni lil din l-ufficjal talli hammget post pubbliku?”, qalilna l-qarrej.



Mhux maghruf min spicca jnaddaf din il-mandra.