Haddiem jaqa’ gholi ta’ tmin sulari f’barriera

Louis Cassar ta’ 32 sena minn Hal Ghaxaq, missier ta’ tifla ta’ sitt snin, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li, skont stqarrija tal-Pulizija, waqa’ minn gholi ta’ tmin sulari.

Dan l-accident fuq il-lant tax-xoghol sehh nhar l-Erbgha ghal habta tal-3.43 p.m. fil-barriera tac-“Caqnu” f’Ghar Lapsi. Ghalkemm l-istqarrija ufficjali tal-Pulizija qalet li Cassar waqa’ tmin sulari, kien hemm min qal li seta’ kienu erba’ sulari.

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont kif ukoll ma’ danis-sit elettroniku, qalu li Cassar kien qieghed jahdem fuq gaffa qabel ma waqa’. Peress li bhal kull barriera din ukoll hija imtarga, jista’ jaghti l-kaz li jekk filfatt huwa waqa’ minn tmin sulari allura l-ewwel ha tisbita fir-raba’ sular tal-barriera minn fejn xi nies rawh jaqa’. Meta waqa’ Cassar spicca jahbat diversi drabi sakemm ha tisbita fuq rasu mal-blat, gebel u terrapien iehor. 



Fuq il-post marru t-tim ta’ hames medici, fosthom Dr Jonathan Joslin u Dr Michael Spiteri mill-ERT flimkien ma’ infermieri bl-ambulanza u infermier iehor li rrisponda ghas-sejha volontarjament li mar bil-vettura privata tieghu. Maghhom inghaqdu ukoll il-membri tas-Salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u l-Pulizija.

Peress li l-access fejn spicca l-haddiem ma kienx facli biex jitella’, l-operazzjoni kienet difficli ghat-tim tas-salvatagg u dak mediku. Kif twassal fl-ambulanza huwa beda jinghata l-ewwel ghajnuna medika fuq il-post.

Mal-wasla fl-Isptar Mater Dei it-tobba komplew bl-interventi bla waqfien biex isalvaw il-hajja ta’ Louis Cassar. Huwa gie ccertifikat li kellu diversi griehi gravi f’partijiet differenti ta’ gismu fosthom dahru, idejh, riglejh u rasu u li kien fil-periklu li jitlef hajtu. Huwa ttiehed fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fejn ghadu jinzamm taht osservazzjoni stretta.



B’dan l-accident gie informat il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Tonio Micallef Trigona, li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti. 

B’dan l-accident gew informati ukoll l-ufficjali tal-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol. Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident.