Argument li spicca b’daqqa ta’ mus

Argument bejn zewgt irgiel, wiehed minnhom anzjan, li jigu minn xulxin spicca biex l-anzjan isofri minn griehi gravi kkawzati minn daqqa jew daqqiet ta’ mus. Dan il-feriment sehh il-Hamis, 9 ta Marzu ghal habta tal-9.45 a.m. fi Triq il-Kbira f’Hal Qormi.

L-argument sehh bejn Carmelo Degabriele ta’ 66 sena u Sunny Degabriele ta’ 36 sena, it-tnejn minn Hal Qormi u li joqghodu fl-istess sqaq. Ftit tal-hin wara kienu ghaddejjin minn fuq il-post zewg Pulizija, Alfred Chetcuti u Mark Cremona, li dak il-hin ma kienux xoghol izda xorta waqfu jaqdu dmirijiethom meta raw liz-zewgt irgiel fl-art.

Kien PC Cremona li nzerta ghaddej bil-vann tieghu u kien l-ewwel li intervjena. Kif waqaf ra liz-zewgt irgiel jissaraw fl-art u nnota li Carmelo Degabriele kellu mus f’idejh. Dak il-hin Sunny kien fuq Carmelo u prova jigbdu minn fuq il-qarib tieghu. Kien hawn li wasal PC Chetcuti li waqaf jassisti lil kollega tieghu li sa dak il-hin Sunny kien lehaq nehha l-mus minn idejh.

Minhabba li l-anzjan deher li kellu xi feriti f’wiccu, issejhet ambulanza fuq il-post li haditu l-Isptar Mater Dei filwaqt li Sunny ttiehed ic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi minhabba xi grief li kellu. Meta Carmelo kien ezaminat mit-tobba rrizulta li kien qed isofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Jurgen Vella fejn sabu l-mus imcappas bid-demm li kien miftuh fuq il-bankina. B’dan il-feriment gie informat l-Ispettur Malcolm Bondin li beda jinvestiga l-kaz.

Aktar tard wara nofsinhar l-istess Spettur Bondin mill-Ghassa ta’ Hal Qormi ressaq lil Sunny Degabrieli l-Qorti u akkuzah li minghajr il-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ Carmelo Degabriele fil-periklu car, ikkagunalu griehi ta’ natura gravi. Huwa gie akkuzat ukoll li volontarjament hassar, ghamel il-hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor mobbli jew immobbli, liema hsara ma taqbisx l-€116.47 u li hebb ghal Carmelo Degabriele biex jingurjah, idejjqu jew jghamillu hsara. Fl-ahharnett Sunny gie akkuzat li volontarjament kiser il-buon ordni u paci pubblika b’ghajjat u glied.

L-akkuzat wiegeb li ma kienx hati tal-akkuzi u talab biex jinheles mill-arrest. Huwa nghata l-libertà provizorja fuq diversi kundizzjonijet fosthom li jiffirma l-Ghassa ta’ Hal-Qormi kuljum, ma jkellimx lix-xhieda u jkun id-dar bejn l-10.00 p.m. u t-8.00 a.m.