Zaghzugh jinstab mejjet f’cirkostanzi misterjuzi

azzopardi-chrisIl-Pulizija ghadha tinvestiga l-mewt ta’ zaghzugh li l-kadavru tieghu ttella’ mill-bahar taht Ghar Hasan wara li kien irrapportat nieqes il-gurnata ta’ qabel.

Fit-30 ta’ Marzu, 2009, Lawrence Azzopardi, missier Christopher Azzopardi ta’ 24 sena minn Rahal Gdid irrapporta lill-Pulizija li ibnu ma kienx irritorna d-dar u lanqas kien irrapporta ghax-xoghol fejn jahdem mal-Awtorità Dwar it-Trasport. L-ahhar li Christopher deher kien ma’ kugintu, Mary Rose Piscopo, dakinhar filghodu qabel kellu jidhol ghax-xoghol. Peress li kienet taf li Christopher kien ihobb imur fl-inhawi ta’ Ghar Hasan ghall-kwiet, hija marret hemm fejn sabet il-karozza tieghu, Daweoo, li kienet ipparkjata u msakkra.

Il-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Priscilla Caruana, mill-Ghassa ta’ Birzebbuga marru fuq il-post fejn bdew tfittxija u talbu l-assistenza tat-Taqsima tal-Klieb, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u tat-Taqsima Marittima tal-FAM biex issir tfittxija ghaz-zaghzugh. Wara xi hin it-tfittxija kellha tigi abbandunata specjalment minn fuq il-bahar minhabba l-maltemp imma tkompliet permezz ta’ helikopter AB212 tal-Missjoni Militari Taljana liema tfittxija rrizultat fin-negattiv.

Kien l-ghada, f’Jum il-Helsien, ghall-habta tad-9.00 a.m. instab il-kadavru ta’ Azzopardi fil-bahar. Fuq il-post intbaghtet il-Patrol Boat P24 mit-Taqsima Marittima tal-FAM li tellghet il-kadavru mill-bahar u ttiehed f’Wied il-Buni. Minn hemm il-kadavru ttiehed il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn l-ghada saret awtopsja mill-Patologisti Therese Camilleri u Ali Safraz.

Minhabba li nstabu xi feriti u marki fuq parti tal-kadavru, fosthom idejh, kif ukoll minhabba r-rizultati tossikoligici, il-Pulizija ma setghu jeskludu xejn. Sorsi qaluli li jidher li l-Pulizija mhi teskludi xejn ukoll minhabba li ghad trid tistabilixxi kif li minkejja li l-kadavru taz-zaghzugh instab fil-bahar, dan ma kellux ilma fil-pulmun u ghaldaqstant ma setax miet mgharraq. Fatt iehor li ghad irid ikun stabbilit huwa kif is-seat ta’ quddiem tal-karozza tieghu instab imressaq ‘il quddiem meta Christopher kien zaghzugh xi ftit mibni u kien dejjem ihalli s-seat aktar lura.

Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera, li mexxiet l-inkjesta, hatret diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri, lill-ispizjari Marisa Cassar u Mario Mifsud u lit-Tossikologu Godwin Sammut flimkien mal-Ufficjali tal-Xena tar-Reat. S’issa l-Magistrat ghadha ma ordnatx li ssir id-difna.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qeghdin jitmexxew mill-Ispettur Priscilla Caruana mill-Ghassa ta’ Birzebbuga flimkien mal-Ispettur Anthony Portelli mid-DIK u l-Ispettur Ray Aquilina mit-Taqsima ta’ Kontra l-Vizzji