Misruqin f’‘hold-up’ f’hanut tal-loghob

Il-mewga ta’ ‘hold-ups’ kompliet fejn il-mira tal-hallelin issa qieghda tkun l-istabbilimenti tal-loghob li qeghdin jifthu f’kull belt u rahal madwar Malta. Zewg impjegati spiccaw mheddin u misruqin minn zewg hallelin wiehed minnhom armat.

Dan id-19-il ‘hold-up’ ta’ din is-sena sehh nhar it-Tlieta ghal habta tas-1.40 a.m. fl-istabbiliment Fair Play li jinsab fi Triq il-Wied f’Birkirkara. Dak il-hin fil-post kien hemm Leslie Caruana ta’ 34 sena mill-Fgura u Rodlene Gaunt mill-Birgu li kienu fuq in-naha ta’ wara tal-lokal fejn hemm kamra fejn jinzammu l-flus.

Caruana sema’ hoss u kif hares biex jara x’kien, ra zewgt irgiel li t-tnejn kellhom wicchom mghotti b’kalzetti tan-nisa. Wiehed mill-kriminali kien armat b’senter u resaq lejn il-hgiega, dahhal l-arma minn toqba fil-hgiega u ppuntaha lejn Caruana u ordnalu jaghtih il-flus.

Kif it-tfajla semghet l-ghajjat harget biex tara x’gara u l-hallelin ordnawla biex tersaq lejn il-kollega taghha biex ikunu jistghu jarawha sew. B’xokk fuqhom iz-zewg impjegati ma kellhomx ghazla hlief li jobdu l-ordnijiet li nghataw mill-hallelin.

Caruana fetah il-kexxun u ta ftit aktar minn €6,700 lill-kriminali li ma kinux kuntenti u ordnawlhom jifthu s-‘safe’, izda dan kien vojt. Wara z-zewg hallelin harbu minn fuq il-post.

Kif il-kriminali harbu Caruana nforma lis-sidien tal-post u dawn cemplu lill-Pulizija u anke marru fil-hanut.

Fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Birkirkara mmexxija mis-Surgent Geoffrey Schembri li informa lill-Ispettur Kevin Farrugia mill-istess Distrett. Fejn sehh il-‘hold-up’ mar ukoll l-Ispettur Carmelo Magri mid-DIK. Il-Pulizija elevaw filmati migbudin minn kameras tas-sigurtà. 

B’dan il-‘hold-up’ gie nformat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar lil Dr Reno Borg bhala espert tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.