Misjuba kwantità ta’ droga

murder-romano-2Il-qtil taz-zaghzugh Gaetano Romano ta’ 20 sena minn San Pawl il-Bahar li nstab mejjet minn missieru nhar il-Hamis li ghadda, ha zvolta ohra u mhux qed ikun eskluz li dan l-omicidju jista’ jkollu konnessjoni mal-vizzju tad-droga. Sadanittant il-persuni li kienu qeghdin jinzammu biex jghinu fl-istharrig inhelsu mill-Pulizija.

Meta l-Pulizija komplew jaghmlu tfittxijiet ghal xi tip ta’ hjiel f’dan il-qtil, fir-residenza tal-vit­tma nstabu madwar 80 pillola ecstasy. B’din is-sejba gew ukoll informati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Jidher li b’din is-sejba l-Pulizija issa mhix teskludi ukoll li l-qtil sar minhabba dan il-vizzju.



Sorsi ohrajn qalulna li l-Pulizija mhix teskludi lanqas li d-delitt sar mhux bhala vendetta imma minhabba xi haga li marret hazin meta l-vittma flimkien ma’ persuni ohrajn allegatament kienu qeghdin jabbuzaw mid-droga. Huwa mifhum ukoll li l-esperti forensici qeghdin jistennew ir-rizultati tossikologici.
Sadanittant il-Pulizija ma setghetx tkompli zzomm lil xi persuni li ngabru biex jghinu fl-investigazzjonijiet. Fost dawn kien hemm Marokkin ta’ madwar 31 sena u Bulgaru ta’ madwar 20 sena, it-tnejn li huma residenti Malta. Persuni qrib il-vittma qaluli li l-Marokkin ghandu zewg kazi pendenti quddiem il-Qorti allegatament dwar abbuz fuq xi zghazagh, fosthom il-Bulgaru li ngabar mill-Pulizija. Hu mifhum ukoll l-Pulizija interrogaw fit-tul liz-zaghzugh Bulgaru minhabba li kien qrib hafna tal-vittma.



Intant it-Tnejn wara nofsinhar il-Pulizija regghu marru fuq il-post tad-delitt fejn komplew jintensifikaw it-tfittxijiet. S’issa l-Pulizija ghadha ma sabitx l-arma, x’aktarx ‘nail gun’ li ntuzat biex gew sparati sitt imsiemer f’ras Gaetano Romano.

Iz-zaghzugh kien instab maqtulminn missieru Nicola Romano, Sqalli ta’ 67 sena residenti fi Triq il-Hgejjeg f’San Pawl il-Bahar. Din ir-residenza tinsab ftit metri ’l boghod min-negozju li ghandu Romano – “Cinque Stelle” – li fih jaghmel xoghol ta’ gipsum, trinek, xoghol ta’ ceramika, suffetti u ohrajn. Il-kadavru ta’ Gaetano nstab fil-mahzen tal-istess negozju li jinsab fi Triq id-Damasku, ezatt wara l-kantuniera ta’ fejn hemm l-istabbiliment “Cinque Stelle”.



L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Assistent Kummissarju Pierre Calleja, is-Supretendent Silvio Valletta u l-Ispetturi Keith Arnaud, Daniel Zammit u Stephen Mallia mid-DIK, l-Ispettur Chris Pullicino mill-Iskwadra tal-Omicidji, l-Assistent Kummissarju Neville Aquilina flimkien mas-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Therese Sciberras kollha tad-Distrett.