Inqaleb u helisha hafif

mva-msida-05-04-09Zaghzugh ta’ 19-il sena miz-Zurrieq sofra biss griehi hfief meta l-karozza Toyta Vitz li kien qed isuq inqalbet ta’ taht fuq fl-Imsida.

L-accident sehh kmieni l-Hadd ghal habta tat-3.05 a.m. fi Triq Mikiel Anton Vassalli meta z-zaghzugh kien se jaqbad it-triq li taghti ghal taht il-mini ta’ Santa Venera. Huwa tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li habat mal-barriers li jifirdu t-triq. Mad-daqqa l-karozza gholiet, habtet ma’ arblu tad-dawl, inqalbet u tkaxkret ghal diversi metri fejn spiccat fuq is-saqaf ezatt taht tabella li twissi lis-sewwieqa biex inaqsu l-velocità.

Iz-zaghzugh irnexxielu johrog wahdu mill-karozza izda fuq il-post xorta wahda issejhet ambulanza b’infermier li haditu l-Isptar Mater Dei. Bid-daqqa parti mill-arblu tad-dawl tqacctet. Ghall-ewwel il-parti tal-arblu li maghha jkun imwahhal il-fanal ma setghetx tinstab. Kien is-Surgent Geoffrey McCarthy mill-Iskwadra tal-Mobile li wara tfittxija sabu fuq in-naha l-ohra tat-triq.

Fuq il-post tal-accident marru l-Pulizija tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett immexxija mis-Surgent David Sant li hejjew rapport tal-accident. Il-haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta gew imsejha biex iehhu l-kurrent mill-arblu filwaqt li l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili xerdu r-ramel fuq iz-zejt li hareg mill-karozza.