Zaghzugh ta’ 18-il sena habat ma’ sigra

Wayne Borg ta’ 18-il sena minn H’Attard tilef hajtu f’accident tat-traffiku li sehh f’Hal Lija s-Sibt filghodu.

L-accident sehh ghal habta tal-4.15 a.m. meta Borg kien qed isuq karozza Toyota Vitz fi Triq il-Mosta f’Hal Lija fid-direzzjoni tal-Mosta. Kif wasal qrib ic-cimiterju ta’ Hal Lija, iz-zaghzugh tilef il-kontroll tal-karozza u beda jmur minn naha ghall-ohra tat-triq kif xehdu marki tar-roti fit-triq. Il-karozza ta’ Borg baqghet tiskkidja ghal madwar 50 metru sakemm spiccat tahbat b’impatt qawwi ma’ sigra. Id-daqqa tant kienet qawwija li Borg sofra grieh gravi u miet fuq il-post.

B’dan l-accident fatali giet informata l-Magistrat tal-Ghassa, Dr Consuelo Scerri Herrera, li ordnat inkjesta u hatret bhala esperti tal-Qorti lill-Perit Richard Musumeci, lil Mario Buttigieg u lil Joseph Zammit. L-istharrig tal-Pulizija tmexxa mill-Ispettur Elton Taliana mill-Ghassa tan-Naxxar.