Inkonvenjent mill-Ghassa ta’ Victoria, Ghawdex

 “Ghamel dak li nghid jien u mhux bhal ma naghmel jien”. Dan qalulna anzjan Ghawdxi li lmenta dwar hsejjes li kienu gejjin minn generatur qrib l-Ghassa tal-Pulizija tar-Rabat, f’Ghawdex.

Bhalissa fl-Ghassa tar-Rabat qed isir xoghol ta’ manutenzjoni fosthom dak ta’ xkatlar biex giet fuq il-gebla. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li x-xoghol issa ilu ftit li beda u kienet ilha tinhass il-htiega biex din l-ghassa tinghata dehra isbah. Imma kienu diversi Ghawdxin li ma setghux jistriehu meta fil-lejl ta’ bejn il-Hamis, 26 u l-Gimgha, 27 ta’ Marzu minhabba generatur li kien barra l-Ghassa tal-Pulizija kien ghadu ghaddej sas-1.00 a.m. Dan il-generatur intuza biex il-hitan ingiebu fuq il-gebla.

“Suppost li lanqas radju jinstema’ minn barra ma tista’ thalli wara l-11.00 p.m. Imma min suppost jipprotegina minn dan l-inkonvenjent, ghamlu sas-1.00 a.m. ghaddejjin u ma stajniex norqdu” qalilna l-anzjan.

Sadanittant aktar ilmenti waslulna minn xi qraba tal-Pulizija fosthom dawk stazzjonati mat-Taqsima tal-Klieb. Mhux biss uhud mill-vetturi li ghandhom mhumiex tajbin ghat-triq, imma l-kundizzjonijiet tal-klieb mhumix jigu osservati minhabba diversi ragunijiet. Fost dawn hemm li l-klieb qeghdin jintuzaw ghal sieghat twal ghassa anke mal-klandestini.

L-istess sorsi qalulna li l-Pulizija f’din it-Taqsima filwaqt li thallsu tas-sahra li hadmu f’Novembru u Dicembru, ghadhom jistennew ta’ Ottubru u Jannar.