Iz-zaghzugh inqatel b’sitt imsiemer sparati f’rasu

murder-02-04-09aGaetano Romano, iz-zaghzugh ta’ 20 sena minn San Pawl il-Bahar, li nstab mejjet minn missieru f’kamra li fiha jnixxef ix-xoghol, inqatel b’sitt imsiemer tat-tliet pulzieri sparati f’rasu b’‘Nail Gun’. B’konnessjoni ma’ dan il-qtil il-Pulizija zammet erbat rgiel, fosthom barranin, li jghixu Malta biex jghinuhom fl-isharrig.

Kien il-gurnal l-orizzont li fil-harga tal-Gimgha rrapporta b’mod esklussiv dan l-omicidju li xxokkja lil hafna girien li kienu jafu sew lill-vittma. Uhud mill-girien anke jafu lil Gaetano tifel zghir.

Minn stharrig li komplejt naghmel jirrizulta li l-missier, Nicola Romano, Taljan ta’ 67 sena, flimkien ma’ martu ta’ nazzjonalità Marokkina li tigi omm tar-rispett ta’ Gaetano, kienu fuq btala fil-Marokk. Meta kienu hemm Nicola cempel diversi drabi lil ibnu imma t-tifel qatt ma rrisponda.

Kif il-Hamis filghodu waslu lura Malta, Nicola mar ifittex lil Gaetano fil-post tan-negozju li ghandu l-missier bl-isem ta’ ‘Cinque Stelle’ fi Triq il-Hgejjeg f’San Pawl il-Bahar kantuniera ma’ Triq id-Damasku u ftit metri ’l boghod mir-residenza taghhom. F’dan in-negozju, Nicola jaghmel xoghol ta‘ gipsum, trinek, xoghol ta’ ceramika, suffetti u ohrajn. Minhabba li c-cwievet kien hallihom kollha ghand ibnu, Nicola ma setax jidhol fil-post. Ghaldaqstant l-anzjan sgassa l-bieb biex ifittxu hemm izda xorta ma sabux. Inkwetat li ibnu seta telaq mid-dar minhabba li xi jiem qabel kienu argumentaw fuq it-telefon, il-missier mar jaghmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Qawra li ibnu kien nieqes. L-ewwel suspett li kellu l-anzjan kien meta sab il-wajers tat-telefon maqlughin u l-kelb tal-familja bil-guh u msakkar fit-toilet tan-negozju.

Ftit wara 9.20 p.m. tal-Hamis stess, il-missier fetah il-mahzen li ghandu fi Triq id-Damasku fejn f’dan il-mahzen ghandu ukoll kamra zghira li juza biex inixxef ix-xoghol permezz ta’ shana qawwija. Kif dahal fil-mahzen, flimkien ma’ Charlene Law li hija wahda mill-hbieb ta’  ibnu, innota li l-kamra tat-tnixxif kienet maghluqa. Peress li meta din ma tkunx qed tintuza dejjem ihalliha miftuha, Nicola dahallu suspett. Fil-fatt meta mar biex jiftah il-bieba sab li din kienet imsakkra minn barra.

Kif Nicola fetah il-bieb ra lil ibnu mitluq fl-art bil-gilda imxawta u wiccu mimli dmijja. Gie nnuttat ukoll li fil-mahzen kien hemm xi taqlib li seta’ jindika li kien hemm xi glieda. B’xokk kbir fuqu kif ukoll fuq it-tfajla, huma cemplu lill-Pulizija u ambulanza izda Gaetano gie certifikat mejjet minn Dr Raymond Borg tac-Centru tas-Sahha tal-Mosta.

 Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija mill-Ghassa tal-Qawra mmexxija mis-Surgent Luke Bonello li minn naha tieghu informa lis-superjuri tieghu. Ftit ftit bdew jaslu aktar ufficjali fosthom l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja, is-Supretendent Silvio Valletta u l-Ispetturi Keith Arnaud, Daniel Zammit u Stephen Mallia mid-DIK, l-Ispettur Chris Pullicino mill-Iskwadra tal-Omicidji, l-Assistent Kummissarju Neville Aquilina flimkien mas-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Therese Sciberras kollha tad-Distrett.

murder-02-04-09b2Triq id-Damasku inghalqet mill-Pulizija fejn minnufih bdew l-investigazzjonijiet. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti mar fuq il-post fejn mexxa access u hatar lit-Tabib Forensiku Mario Scerri biex imexxi l-istharrig forensiku. Inhatar ukoll il-Perit Richard Aquilina bhala espert tal-Qorti. Il-gurnal l-orizzont, kif ukoll dan is-sit elettroniku, kien fuq il-post ftit tal-hin wara li nstab il-kadavru u segwejt mill-qrib dak li kien ghaddej. L-Ufficjali tax-Xena tar-Reat, immexxija mill-Ispettur John C. Ellul, elevaw xi oggetti kif ukoll iffotografaw ix-xena tad-delitt. Sa dan il-hin kollox kien qed jindika li z-zaghzugh seta’ inghata xi daqqiet fuq wiccu jew rasu minhabba d-dmijja li kellu u wara intefa’ fil-kamra u nxtghelet is-shana. Dan sar x’akax biex il-kadavru jinharaq u ma jkun hemm ebda evidenza.

L-Ispettur Therese Sciberras deheret tipprova tikkonsla lil Nicola Romano li ma setax jemmen li ibnu inqatel. Xi kugini tal-vittma kif ukoll diversi hbieb ingabru fil-kantuniera ta’ Triq il-Hgejjeg u Triq id-Damasku isegwu dak li kien ghaddej. Kultant hin is-skiet ta’ bil-lejl beda jinkiser minn xi biki ta’ dawk qrib il-vittma.

Kien ftit wara s-1.00 a.m. l-kadavru ta’ Gaetano Romano nhareg mill-mahzen fejn ittiehed bil-vann tal-mejtin tal-Pulizija lejn il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei.

Sadanittant meta l-Gimgha filghodu l-patologisti Therese Camilleri u Ali Safraz, flimkien ma’ Dr Mario Scerri, kienu qeghdin jaghmlu l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Romano, irrizulta li l-vittma kellu sitt imsiemer ta’ madwar tliet pulzieri f’rasu li minhabba xaghru ma setghux jidhru waqt l-istharrig ta’ matul il-lejl. X’aktarx li Gaetano inqatel bejn it-30 u l-31 ta’ Marzu.

Ghaldaqstant l-investigaturi regghu marru fuq il-post biex ifittxu ghall-arma. Minhabba li kien evidenti li l-imsiemer li nstabu fir-ras gew sparati mill-qrib, l-investigaturi jemmnu li l-arma kienet parti mill-ghodda li juza Nicola u l-impjegati tieghu fix-xoghol taghhom izda minkejja t-tfittxija intensiva, l-arma baqghet ma nstabitx.

Sorsi qrib il-Pulizija qaluli li l-Pulizija x’aktarx li elevaw filmati migbudin minn camera tas-sigurtà li hemm fl-istess triq. Huwa mifhum li dawn il-filmati jistghu jkunu utli hafna fl-investigazzjonijiet ta’ dan l-omicidju li huwa l-ewwel wiehed ghal din is-sena.