Baqa’ diehel f’arblu tad-dawl bir-rota

Nhar il-Hamis il-Pulizija giet infurmata li ghal habta tal-4.00 p.m. kien sehh accident fil-By-pass ta’ Birkirkara qrib il-pastizzerija Sphynx u li l-persuna involuta tinsab fil-periklu tal-mewt.

Minn  li stharrig li ghamilt jirrizulta li zaghzugh ta’ 26 sena mill-Kosta ta’ Avorju u residenti fi Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema, kien qed isuq rota meta, skont stqarrija tal-Pulizija, dan baqa’ diehel f’arblu. Dak il-hin inzerta ghaddej minn fuq il-post it-Tabib Forensiku Mario Scerri li waqaf u ta l-ewwel ghajnuna medika liz-zaghzugh u anke sejjah ambulanza li haditu l-Isptar Mater Dei. Huwa nstab li kien qed isofri minn griehi gravi f’sidru u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bl-accident gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti li ordna inkjesta u hatar diversi esperti, fosthom lill-istess Dr Mario Scerri. Meta l-esperti tal-Qorti marru fuq il-post tal-accident biex jaghmlu l-access, sabu li xi hadd kien ha r-rota. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Carlo Ellul mill-Ghassa tal-Imsida.