April 2009


 

Kien wettaq serqa u haraq il-post

wanted-mangionIl-Pulizija Maltija talbet lill-Pulizija tal-Interpol biex ifittxu Malti li x’aktarx ilu li harab minn Malta madwar 19-il sena wara li allegatament kien wettaq serqa u ta n-nar il-post.

Fuq is-sit elettroniku tal-Interpol jinghad ufficjalment li l-Pulizija Internazzjonali qeghda taghmel tfittxija ghal Mario Mangion ta’ 47 sena mill-Hamrun. L-Interpol qed tghid li Mangion twieled fis-6 ta’ Settembru 1961 u jitkellem bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa qed ikun akkuzat li huwa involut f’reat li jinvolvu l-armi kif ukoll splussiv.

Sorsi qrib il-Pulizija ta’ Malta qaluli li Mangion allegatament kien wettaq serqa u wara kien hemm spluzjoni u l-post kien ha n-nar. L-istess sorsi qalulna izda li l-Pulizija Ingliza, fejn huwa mifhum li jinsab Mangion, ma tantx huma herqana jfittxuh peress li ghaddew hafna snin mindu wettaq ir-reat.

Advertisements

 

Pruvaw jaqilghu x-xork biex jinzlu f’hanut

silver-play-29-04-09Tliet hallelin hadu battikata ghalxejn meta serqa ppjanata giet sfrattata mill-Pulizija tad-Distrett wara telefonata minn xi nies li fis-satra tal-lejl semghu hsejjes gejjin minn dar.

L-Erbgha ghal habta tas-2.20 a.m. residenti li joqghodu fi Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Hamrun semghu hsejjes ta’ tisbit gejjin minn dar li sidha ma kienx hemm ghax jinsab imsiefer. Meta waslu fil-post indikat il-Pulizija sabu l-bieb ta’ barra tar-residenza sgassat u kif dahlu gewwa sabu ma’ wicchom wiehed mill-hallelin li prova jahrab izda inzamm mill-Pulizija. Mieghu kien hemm zewg hallelin ohrajn li kif indunaw li kien hemm il-Pulizija irnexxielhom jaharbu minn wara billi qabzu ghal fuq karozza li kienet ipparkjata fuq wara li anke garbet xi hsarat fis-saqaf. Dak li nqabad, ragel ta’ 26 sena minn Santa Venera, baqa’ jinzamm taht arrest.

Minn stharrig li sar irrizulta li l-hallelin sgassaw il-bieb biex dahlu fir-residenza privata biex minn hemm ikollhom access ghall-istabbiliment ‘Silver Play’ li huwa hanut tal-loghob. L-ewwel tentattiv tal-hallelin kien li jaqalghu kantun mis-sular ta’ isfel biex jidhlu fil-hanut izda dan it-tentattiv falla. Ghaldaqstant il-hallelin telghu fis-sular ta’ fuq fil-kamra tas-sodda li tigi fuq l-istabbiliment u qalghu xi madum, nehhew it-torba u bdew jippruvaw inehhu xi xorok. Izda fis-satra tal-lejl il-hoss li bdew jaghmlu instema’ hafna aktar milli kieku kien matul il-gurnata b’konsegwenza li gibed l-attenzjoni ta’ uhud mill-girien li cemplu lill-Pulizija li waslu fuq il-post fi ftit minuti peress li l-Ghassa tinstab ftit metri ’l boghod.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett u Jeffrey Cilia mid-DIK.

Harbet mill-kustodja tal-Pulizija Ingliza

rita-bugejaRita Bugeja ta’ 51 sena  minn Hal Qormi, li kienet arrestata mill-Pulizija Ingliza wara li harbet minn Malta u li kienet qeghda tistenna biex tkun estradita lejn Malta, regghet harbet mill-kustodja tal-Pulizija din id-darba dik Ingliza.

Kien Favourite News li xandar din l-ahbar fil-bulletini tal-ahbarijiet fuq Favourite Channel. Skont dan l-istazzjon il-mara harbet ftit qabel kellha tigi estradita lejn Malta biex tghaddi guri b’rabta mal-importazzjoni ta’ 5,000 pillola ecstasy. Hija kienet arrestata fl-Ingilterra wara li nhareg mandat ta’ arrest internazzjonali.

Rita Bugeja kienet ilha nieqsa minn Malta mit-18 ta’ Novembru, 2007, gurnata biss qabel kellu jibda l-guri taghha. Hija kienet qeghda tgawdi mil-libertà provizorja minkejja li fil-15 ta’ Mejju, 2006, giet arrestata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara s-sejba tad-drogi, mohbijin f’‘teddy bear’, fil-bagalja taghha.
Fil-21 ta’ Novembru 2007 il-Pulizija kienu hargu stqarrija ufficjali fejn taw l-impressjoni li l-ghibien ta’ Bugeja kien kaz iehor ta’ mara li ma rritornatx id-dar u li giet irrapportata nieqsa. Fil-fatt l-istqarrija tal-Pulizija, li maghha kien ippubblikat ritratt taghha, qalet biss li Rita Bugeja hija twila madwar hames piedi u erba’ pulzieri, ghandha xagharha kannella car bil-griz twil sa spallejha u ghajnejha kannella skuri, giet irrapportata nieqsa lill-Pulizija.
Kien intqal ukoll t-tifel taghha stess irrapportaha “nieqsa”. Il-Pulizija kienet ukoll ghamlet talba ghall-ghajnuna tal-pubbliku ghal min ghandu xi taghrif dwar din il-mara.

Matul id-disa’ xhur li Bugeja kienet ilha nieqsa, il-Pulizija Maltija zammet skiet perfett dwar dan il-kaz. Dakinhar li tresqet il-Qorti hija wiegbet li mhix hatja, madankollu, il-Magistrat Silvio Meli ma laqax it-talba ghall-helsien mill-arrest. Izda wara li ntemmet il-kumpilazzjoni (gbir ta’ provi), hija nghatat il-libertà provizorja sakemm tghaddi guri. Il-guri taghha kien appuntat ghad-19 ta’ Novembru 2008.

Wara li Bugeja kienet arrestata fl-Ingilterra kien bdew il-proceduri biex tingieb hawn Malta. Izda Bugeja rrnexxielha tahrab mill-kustodja tal-Pulizija Ingliza. Meta l-mara harbet minn Malta x’aktarx li kienet uzat isem falz. Kien fil-15 ta’ Awwissu li ghadda, li l-Pulizija Maltija ikkonfermat li Bugeja keinet giet arrestata bl-ghajnuna tal-Interpol li kienu informaw lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi u lill-Ufficcju tal-Avukat Generali ta’ Malta. Minnufih saret talba biex Bugeja tigi estradita lura Malta fejn il-Pulizija Ingliza kellhom kollox lest imma Rita Bugeja rrnexielha ghal darb’ ohra tahrab.

Huwa mifhum li l-Pulizija Ingliza bdiet tfittxija intensiva ghal Bugeja u sorsi li tkellmu ma’ Favourite News qalu li mhux qed ikun eskluz li l-mara x’aktarx harbet mill-Ingilterra.

Kummiedja all’ Italiana

Minkejja li l-Gvern Malti u dak Taljan qalu li t-tilwima dwar il-154 klandestin li kienu salvati qrib Lampedusa giet solvuta u li l-kaz issa huwa maghluq, xorta wahda l-midja Taljana kompliet titfa’ dell ikrah fuq Malta dwar dan il-kaz.

iene-inteview1L-ahhar kritika harxa saret waqt il-programm popolari televiziv ‘Le Iene’, li xxandar nhar il-Gimgha fuq l-istazzjon Italia 1. Dan l-istazzjon jaghmel parti mill-Mediaset kumpanija tal-Fininvest li titmexxa mill-familja ta’ Silvio Berslusconi u li hu ghandu l-maggoranza tal-ishma. Berlusconi huwa l-Prim Ministru tal-Italja li suppost pajjizu ghalaq il-kaz ‘Pinar’ kif ikkonferma l-Gvern Malti.

‘Le Iene’ xandru servizz esklussiv dwar il-kaz tal-154 klandestin li kienu salvati minn vapur Tork u li kawza tieghu kien hemm tilwima bejn il-Gvern Malti u dak Taljan. It-tim ta’ ‘Le Iene’ barra li intervista lill-kaptan tal-vapur, intervista ukoll lil uhud mill-klandestini abbord il-vapur. Biex ta’ ‘Le Iene’ jigbdu s-simpatija tat-Taljani u Malta tkompli tidher kerha, sahansitra waqghu fil-livell baxx fejn il-kadavru tal-immigranta tqila li mietet waqt l-operazzjoni ta’ salvatagg, inkixef biex iffilmjawh. 

Nhar l-Erbgha il-korrispondent ta’ ‘Le Iene’, Luigi Pelazza, kien Malta biex jiehu r-reazzjoni tal-Gvern Malti. Filfatt huwa intervista l-kelliem ghall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Melvin Mangion, u dak ghall-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern, Darrell Pace. Izda sfortunatament Pelazza ma kienx gust fir-rapportagg tieghu u permezz ta’ editjar fin pogga lill-Gvern Malti u lil Malta f’dell ikrah mal-miljuni ta’ telespettaturi Taljani. Barra minn hekk anke ufficjal tal-Guardia Costiera, Enzo Colella, zgwida lil Pelazza u lit-telespettaturi meta Pelezza staqsieh fil-kaz tal-klandestini salvat mill-Pinar x’kellu jsir. Colella qal li f’dan il-kaz, minhabba li dawn kienu salvati fiz-zona ta’ Tfittix u Salvatagg (SAR) ta’ Malta, pajjizna kellu jmur isalva lil dawn in-nies jew jordna lill-vapur Pinar biex jidhol Malta bil-klandestini. “Izda dan ma sarx”, qal Colella.

Ghaldaqstant Luigi Pelazza staqsa lill-kelliema Maltin ghaliex Malta ma haditx il-klandestini. Izda ‘Le Iene’ komplew jizvijjaw permezz tal-editjar. Melvin Mangion spjega car li Malta ma ffirmatx il-protokol tal-2006 dwar salvatagg li jghid li dawk li jkunu salvati mis-SAR ta’ dak il-pajjiz, irid jiehu lil min isalva f’pajjizu. Ghaldaqstant l-obbligu skont il-ligi internazzjonali, Malta hija responsabbli li tikkordina l-operazzjoni ta’ salvatagg u dawk li jkunu salvati jittiehdu fl-eqreb port li f’dan il-kaz kien dak ta’ Lampedusa ghax kienu 41 mil ’il boghod minn hemm u 114-il mil minn Malta.

Meta Pelazza staqsa ghaliex Malta ma ffirmatx, Mangion qal li “Ma hassejniex li ghandna niffirmaw” u fil-pront qabez Darrell Pace u qal “ghax pajjizna huwa pajjiz indipendenti” u ta’ ‘Le Iene’ waqfu hemm. Izda fil-fatt Pace kompla jghid li pajjizna huwa indipendenti u sovran bhal l-Istati Uniti tal-Amerika u pajjizi ohrajn li ukoll ghazlu li ma jiffirmawx ftehim simili. Izda din il-parti thalliet barra biex inghatat l-impressjoni li pajjizna huwa l-uniku pajjiz li ghazel li ma jiffirmax.

Luigi Pelazza kompla jipprova jpoggi lil pajjizna f’dell aghar meta qal li minkejja dan kollu xorta wahda Malta qeghda ddahhal   €18 miljun fis-sena mill-UE biex insalvaw lill-klandestini. Melvin Mangion qal li l-UE taghti flus lil Malta biex nixtru Parol Boats u apparat u mhux biex nikkontrollaw iz-zona SAR. Luigi Pelazza mill-istudio ta’ ‘Le Iene’ ikkumenta u qal li anke l-Italja tiehu dawn il-flus imma mhux biss biex tixtri l-apparat imma biex isalvaw lill-klandestini.

Fl-ahharnett Luigi Pelazza staqsa lil Mangion jekk ghada jerga’ jigri l-istess bhal kaz Pinar, x’kienet se taghmel Malta. “Naghmlu l-istess haga bhal ma ghamilna ghax nosservaw il-ligi”, qallu Melvin Mangion.

Meta kkuntattjat minn dan is-sit elettroniku, Melvin Mangion qal li l-krew ta’ ‘Le Iene’ gie hawn minghajr ebda avviz ta’ xejn izda xorta wahda ttiehdu fejn xtaqu jmorru, fosthom ic-Centru ta’ Detenzjoni, il-Bazi Marittima tal-FAM u anke tawhom intervista ta’ madwar 30 minuta li giet imbiccra.

“Il-mod kif l-intervista giet editjata saret biex it-Taljani jaslu f’konkluzzjoni zbaljata tal-Maltin” qalilna Mangion. Huwa kompla jghidilna li lil Luigi Pelazza spjegalu l-problema kbira li ghandu pajjizna, inghata statistika ufficjali fosthom li din is-sena digà waslu Malta 758 immigrant illegali li huwa ekwivalenti ghal 500,000 ghal Germanja. Mangion qal li anke provida lil ‘Le Iene’ l-istqarrija tal-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot, bit-Taljan, li ta ragun lil Malta li l-immgranti ta’ fuq il-Pinar kellhom jiddahhlu Lampedusa u mhux Malta. Anke kopji ta’ faxes li kienu l-istess Taljani permezz tal-Guardia Costiera li kkonfermaw li kienu se johorgu ghall-klandestini u fax ohra li waslet ftit tal-hin wara fejn qalu li Lampedusa hija mimlija, imma ‘Le Iene’ ma gabu xejn minn dan.

Sorsi ohrajn li tkellmu maghna qalulna li wara l-intervista, Luigi Pelazza instema’ jghid – “Allura Maroni ha fatta grossa” (Mela Maroni ghaxxaqa bil-kbir). Imma fis-servizz tieghu Pelazza imkien ma semma lil Roberto Maroni, il-Ministru ghall-Intern Taljan.

Sadanittant uhud mill-klandestini li kienu intervistati mill-istess Pelazza ikkonfermaw li kien hemm minnhom li ma hallsu xejn biex ghamlu l-vjagg lejn l-Ewropa.

“Il-Libjani kif jaraw gilda sewda jimbuttawk ghal fuq dghajsa u ma jkunux iridu flus. Ma nafx minn fejn igibu d-dghajsa imma jimbuttawna ghal fuq id-dghajsa bla flus”, qal wiehed mill-klandestini Nigerajn li kien fuq il-Pinar.

 

Ghalissa rondi mill-Maltin biss fuq il-bahar

frontex-4Suppost li min kmieni din il-gimgha, ghandha tibda l-operazzjoni ‘Nautilus 4’ tal-Agenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex biex ikunu sorveljati l-ibhra ta’ bejn Malta u l-Libja ghal kontra vjaggi klandestini. Izda se jkunu biss il-Maltin permezz ta’ Patrol Boat tal-FAM li se tkun qeghda tippartecipa u l-ebda pajjiz iehor tal-UE.

S’issa l-operazzjoni bl-isem ‘Nautilus’ tal-Frontex, li bdiet erba’ snin ilu dejjem halliet rizultati negattivi tant li s-sena l-ohra l-istess kelliem tal-Frontex kien iddikjara li l-operazzjoni falliet. Minkejja dan l-UE dejjem baqghet izzid il-fondi lil din l-agenzija izda l-vjaggi klandestini xorta baqghu jizdiedu minn sena ghal ohra tant li fl-2008 n-numru ta’ klandestini li dahlu Malta kien ta’ 2,775 filwaqt li fl-2007 kienu dahlu 1,702.

Ghall-ewwel darba kemm ilha li twaqfet l-Agenzija Frontex, fil-Kwartieri Generali taghha fil-Polonja hemm ufficjal Malti stazzjonat permanenti. Dan l-ahhar intbghat il-Maggur Alex Dalli u ghaldaqstant wiehed jistenna li din is-sena l-Frontex tkun aktar attiva f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ Malta.

L-operazzjoni ta’ din is-sena kellha tibda fil-bidu ta’ April imma minhabba problemi teknici d-data meta kienet se tibda baqghet ma thabbritx b’mod ufficjali la mill-Frontex u lanqas mill-Gvern Malti.

Meta nhar il-Gimgha staqsejt lill-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, meta se tibda din l-operazzjoni, ir-risposta kienet biss tbissima u tehmiza b’ghajnejh. Izda nhar il-Gimgha ukoll il-Maggur George Abela tal-FAM iddikjara f’intervista ma’ timesofmalta.com li l-oprazzjoni tal-Frontex se tibda fi zmien gimgha jew tnejn.

Sorsi fil-FAM qaluli li l-uniku pajjiz li se jkun qed jiehu sehem meta kmieni din il-gimgha tibda din l-operazjoni hija Malta biss permezz ta’ Patrol Boat mill-Iskwadra Marittina u s’issa l-ebda pajjiz iehor mill-UE mhu se jkun qed jippartecipa.

Minn naha l-ohra il-Gvern Taljan kien habbar li mill-15 ta’ Mejju kienu se jibdew rondi flimkien mal-Libja biex ma jhallux dghajjes johorgu mill-kosta Libjana. 

Imut wara 17-il gurnata li waqa’ f’barriera

Louis Cassar ta’ 32 sena minn Hal Ghaxaq, missier ta’ tifla ta’ sitt snin, tilef il-glieda kontra l-mewt meta s-Sibt waranofsinhar ceda ghall-griehi gravi li kien sofra meta waqa’ minn gholi ta’ madwar sitt sulari f’barriera f’Ghar Lapsi.

L-accident sehh nhar l-Erbgha, 8 ta’ April ghal habta tal-3.43 p.m. fil-barriera tac-“Caqnu” f’Ghar Lapsi. Dakinhar Cassar kien qieghed jahdem fuq gaffa qabel ma waqa’. Meta waqa’ Cassar spicca jahbat diversi drabi sakemm ha tisbita fuq rasu mal-blat, gebel u terrapien iehor. L-operazzjoni biex ittella’ minn fejn waqa’ kienet wahda difficli minhabba li l-access ghal fejn waqa’.

Huwa kien twassal l-Isptar Mater Dei f’qaghda kritika tant li kien qed jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fejn il-bierah miet.

Cassar huwa r-raba’ haddiem din is-sena li miet fuq il-post tax-xoghol jew kawza ta’ accident fuq il-post tax-xoghol.

 

Fizzjal mixli bi qtil involontarju

Fil-jiem li gejjin, il-Pulizija mistennija tixli fil-Qorti fizzjal tal-Forzi Armati b’diversi akkuzi b’konnessjoni mal-mewt tas-suldat Matthew Psaila, li tilef hajtu waqt tahrig f’Chadwick Lakes.

L-Ispetturi Joseph Agius u Robert Vella tad-Distrett hargu citazzjoni kontra Logotenent tal-FAM fejn huwa mifhum li fost l-akkuzi hemm negligenza b’konsegwenza li b’mod involontarju kkawza l-mewt ta’ Gunner Matthew Psaila ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex u li bhala ufficjal pubbliku kien fi dmir li jara li dan ma jsehhx. Filfatt dan il-fizzjal huwa wkoll responsabbli mis-sahha u s-sigurtà kif ukoll kien il-‘Platoon Commander’ ta’ Psaila. Il-kaz se jinstema’ quddiem il-Magistrat Dr Audrey Demicoli, li ghad trid tappunta d-data ta’ meta l-Logotenent ghandu jidher fil-Qorti. 



Il-kaz imur lura ghal nhar il-Gimgha, 13 ta’ Frar li ghadda, meta Gunner Psaila flimkien ma’ grupp ta’ suldati ohrajn mis-‘C’ Company Special Duties, kienu qeghdin jitharrgu fl-inhawi ta’ Chadwick Lakes. Kif is-suldati kienu ghaddejjin minn taht pont u f’ilma kiesah, minhabba dizlivell fejn l-ilma kien fond madwar zewg metri, uhud minnhom spiccaw taht l-ilma b’konsegwenza li qam paniku kbir. Barra li s-suldati kellhom l-uniformi imxarba, kienu qieghdin igorru madwar 20 kilo fuq darhom u l-arma.

Ufficjali li kienu maghhom bhala sorveljanza, fosthom il-Logotenent, qabzu biex jaghtu l-ghajnuna lis-suldati. Dawn ittellghu minn taht l-ilma izda hadd minnhom ma nduna li fil-qiegh kien ghad hemm Matthew Psaila. Kien aktar minn sitt minuti wara li ndunaw li Gunner Psaila kien nieqes u bdiet tfittxija ghalih f’ilma imdardar u kollu tajn.

Meta Psaila instab u ttella’ ma kienx qed jiehu nifs u kien l-intervent tas-suldati li sakemm waslet l-ambulanza zammew lis-suldat haj permezz tan-nifs artificjali u messaggi fuq qalbu tant li ghal madwar 27 minuta Gunner Psaila ma kellu l-ebda polz. Izda l-hin twil li ghamel taht l-ilma sakemm instab, il-hin sakemm giet l-ambulanza u ttiehed l-isptar kien ghadda hafna hin tant li Psaila kien kwazi klinikament mejjet. Filfatt kien permezz tal-magni li baqa’ jinzamm haj ghal tliet ijiem meta sbieh it-Tnejn, fis-16 ta’ Frar ezatt gimgha qabel kellu jaghlaq 20 sena, miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Fil-harga ta’ l-orizzont tat-18 ta’ Marzu kif ukoll fuq dan is-sit elettroniku, konna zvelajna b’mod esklussiv li t-temperatura kienet ta’ madwar 2 gradi Celsius. Konna tkellima Kenneth Chase, ufficjal fl-Ufficcju Metreologiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kkonferma li meta sehh l-accident fl-10.00 a.m. it-temperatura rregistrata kienet ta’ 5.6 gradi izda minhabba li r-rih kien qed jonfoh forza ta’ 20km fis-siegha, ghamel it-temperatura tinhass madwar 3 gradi barra mill-ilma.

Chase qalilna ukoll li bejn il-11 ta’ Frar u t-13 ta’ Frar kienet ghamlet ix-xita fejn anke kien hemm halbiet bis-silg. Dan kien ifisser li s-silg li ghamel ir-Rabat u l-inhawi, meta dab is-silg spicca jmur f’Chadwick Lakes u b’hekk kompla baxxa t-temperatura tal-ilma ghal hafna inqas minn 3 gradi celsius.

L-inkjesta Magisterjali tmexxiet mill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li fis-6 ta’ Marzu ghaddiet kollox lill-Avukat Generali. Dakinhar ukoll irrapportajt li ma kienx qed ikun eskluz li xi hadd se jitressaq il-Qorti fi qtil involontarju minhabba traskuragni.

Next Page »