Inqabditlu siequ f’rota ta’ mutur

Tfajjel ta’ 11-il sena minn Birgu sofra griehi gravi f’riglejh meta inqabditlu bejn il-furketta u r-rota tal-mutur li kien qed jinsaq minn missieru.

L-accident sehh is-Sibt ghal habta tas-2.35 p.m. fi Vjal Milbrae, jew kif inhi maghrufa ahjar bhala n-nizla ta’ Burmarrad qrib Targa Gap fil-Mosta. Dak il-hin il-missier kien qed isuq mutur Yamaha Scrambler fid-direzzjoni ta’ Burmarrad meta sema’ lit-tifel jghajjat bl-ugiegh. Huwa waqaf mill-ewwel u nnota li sieq it-tifel kienet maghbuda. Fi ftit hin waqfu diversi sewwieqa, fosthom anke xufiera tal-linja, li bdew jaghtu l-ewwel ghajnuna. Fuq il-post waslet ukoll unit tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile immexxija mis-Surgent Nicky Farrugia, li flimkien ma’ infermiera li marret bl-ambulanza, irnexxielhom jehilsu lit-tifel. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kellu feriti gravi.

Fuq il-post biex ihejju rapport marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mis-Surgent Alfred Abela.