Iqumu mistoqsijiet fuq il-kaz ta’ zewg fizzjali

Parti mir-rapport tal-Ombudsman, il-Prim Imhallef Emeritus Joseph Said Pullicino, dwar il-promozzjonijiet tal-Armata qajmet mistoqsijiet fil-Kwartieri Generali tal-FAM dwar iz-zewg fizjali li tliet snin ilu qalulhom li huma ta’ theddida ghas-sigurtà minghajr ma qatt qalulhom ghaliex.

Punt numru 5.3 tar-Rapport tal-Ombudsman jghid li l-Ufficcju tal-Ombudsman ma jara ebda raguni ghaliex il-Promotion Assesment Report (PAR), jew ahjar ir-rapport dwar il-promozzjoni ta’ kull membru fl-Armata, ghandu jibqa’ kunfidenzjali b’tali mod li l-individwu ma jkolli ebda access ghar-rapport li jkun sar fuqu. Ghall-kuntrarju, qal l-Ombudsman, anke taht ir-regolamenti tal-Protezzjoni tad-Data u l-legizlazzjoni futura  tal-Informazzjoni Hielsa, membru tal-FAM jista’ jkolli d-dritt ghal kopja tal-PAR tieghu kif ukoll kopja tar-Rapport Kunfidenzjali fuqu.

Dan qajjem mistoqsijiet dwar il-kaz tal-Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo li minkejja li gew akkuzati li huma ta’ theddida ghas-sigurtà u ma nghatawx is-‘Security Clearance’, b’konsegwenza li ma jistghux ikomplu javvanzaw fil-karriera taghhom, baqghu ma nghatawx sodisfazzjon ghaliex. Ir-raguni mill-Awtoritajiet dejjem kienet minhabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data.

Anke meta fit-12 ta’ Novembru 2006 intervistajt lid-Direttrici responsabbli mill-Affarijiet tal-Armata, Vanessa Frazier, kont staqsejta ghaliex lil Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo ma qalulhomx x’inhi r-raguni li ma nghatawx is-‘security clearance’, id-direttrici qaltli li ma jistghux jghidulhom ghax mhux suppost minhabba d-Data Protection Act.

Izda s-sorsi taghna fil-FAM issa qeghdin jaraw li l-istess prattika li qed jissuggerixxi l-Ombudsman dwar il-PAR, ghandha tigi uzata anke f’dawn iz-zewg kazi. Izda, sahqu s-sorsi, hemm minn qed jistaqsi jekk fil-verità l-iskuza tad-Data Protection qeghda tintuza mhux biex ikunu protetti s-sinjuri Vassallo u Schembri imma biex ikun jew ikunu protetti dawk li hejjew ir-rapport.

L-istess sorsi sahqu li l-probabilità hija li la l-Logotenent Kulunell Schembri u lanqa il-Maggur Vassallo ma jinterssahom min ghamel ir-rapporti imma ghandhom kull dritt li jkunu jafu r-raguni ghaliex“mhumiex fdati”.

“Immagina li jigi Pulizija wara l-bieb u jghidlek li int ksirt il-ligi imma minhabba d-Data Protection Act ma nistax nghidlek x’ligi ksirt. Imma xorta se tiehu l-kastig. Tista’ din tkun accettata f’socjetà demokratika?”, sahaq sors maghna.

Issa, qalulna l-istess sorsi, anke l-Ombudsman qed jghid li kull membru tal-FAM ghandu d-dritt ikun jaf x’hemm fuqu.