Attentat fuq Ufficjal tal-Habs u l-familja tieghu

gwardjan-fire-25-03-09Il-Pulizija qeghda zzomm ragel miz-Zejtun biex jghinhom fl-investigazzjonijiet dwar attentat fuq il-hajja ta’ ufficjal li jahdem bhala Gwardjan fil-Habs ta’ Kordin kif ukoll fuq il-familja tieghu li allegatament tard nhar l-Erbgha filghaxija ta n-nar zewg karozzi u parti mir-residenza tad-dar fejn joqghodu fi Triq San Leonardu f’Haz-Zabbar.

Il-kaz sehh ghal habta tal-11.00 p.m. meta l-ufficjal kien id-dar flimkien mal-familja fosthom zewgt itfal zghar. Dak il-hin il-familja kienu reqdin meta kien l-istess ufficjal li qam mahsud meta sema’ hsejjes gejjin minn barra u ra duhhan fl-intrata tad-dar.

Flimkien ma’ martu u omm il-mara, il-gwardjan prova jikkontrolla n-nirien biex ma jkomplux jinferxu mad-dar. Fl-istess hin zewg karozzi li kienu pparkjati quddiem ir-residenza ukoll inghataw in-nar fejn irrizulta li xi hadd kien tefa’ kwantita’ ta’ thinner biex in-nirien jinferxu malajr.

Diversi girien hargu mid-djar taghhom biex jghinu lill-familja u anke cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li waslu fi ftit hin u kkontrollaw in-nirien. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll Gwardjani ohrajn tal-Habs b’turija ta’ solidarjetà. Huwa mifhum li anke l-Agent Direttur tal-Habs, is-Supretendent Brian Zammit zar lill-familja.

Il-Ministru ta’ ghall-Gustizzja u l-intern, Carmelo Mifsud Bonnici, ukoll wera s-solidarjetà tal-Ministeru mal-Ufficjal u l-familja tieghu.