Serqa unika ghal pajjizna

Is-serqa tal-jott “Ki Ki Too” (mhux kif gie rrapportat bi zvista bhala “Kikki 2”), jidher li huwa kaz uniku ghal Malta, fejn jott ta’ din il-kwalità ghosfor minghajr hadd ma nduna.

Minn aktar stharrig li komplejt naghmel jirrizulta li l-“Ki Ki Too” huwa jott ta’ 50 pied proprjetà ta’ Victor Vella ta’ 63 sena minn H’Attard. Sorsi midhla sew mal-affarijiet marittimi qaluli li Vella l-ahhar li ra l-jott kien xi gimghat ilu, peress li huwa ghandu persuni impjegati mieghu li jehdulu hsiebu. Kien wiehed mid-diretturi tal-Manoel Island Marina li nhar it-Tnejn wara nofsinhar informa lill-Pulizija li minflok il-“Ki Ki Too”, li apparentament jiswa’ €350,000, kien hemm sorguta opra ohra tal-bahar.

Meta l-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Anna Marie Micallef, marru fuq il-post u telghu fuq id-dghajsa li kien hemm minflok il-jott ta’ Vella, sabu li m’huwiex irregistrat u fi stat hazin. Fil-fatt iz-zewg kabini fejn hemm is-sodod kienu mqallbin bhallikieku xi hadd dahal jisraq. Irrizulta ukoll li din l-opra tal-bahar hija tal-marka Jeanneau Voyager tal-1989, li jott simili f’kundizzjoni tajjeb jiswa’ ftit aktar minn €80,000.

Sadanittant meta nhar it-Tnejn il-Pulizija kienu Manoel Island waqt l-istharrig taghhom tkellmu ma’ diversi sidien ohrajn ta’ jottijiet. Kien hemm minn qal li xi erbat ijiem ilu ftit wara l-11.00 p.m. dehru erba’ persuni lebsin ‘life jackets’ sofor isorgu l-jott li tpogga minflok il-“Ki Ki Too” u dawn dehru li kienu bahrin professjonali.

Il-Pulizija nformat b’din is-serqa anke Pulizija madwar il-Mediterran biex jekk il-“Ki Ki Too” jidhol f’xi port izommuh. Il-Magistrat Dr Lawrence Quintano qed imexxi inkjesta u hatar lil Dr Simone Farrugia Sacco u l-Uffiċjali tal-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.