Waqa’ tliet sulari fil-post tat-tifel

gharghur-fataliBhal hafna missirijiet Maltin li uliedhom ikunu qeghdin jirrangaw il-post fejn se joqoghdu, Carmelo Galea ta’ 63 sena minn Hal Luqa minkejja li huwa pensjonant, mar jghin kif jista’ lil ibnu. Imma sfor-tunatament waqa’ b’mod accidentali fix-xaft tal-lift, gholi ta’ tliet sulari u miet, inqas minn disa’ sieghat wara, fl-Isptar Mater Dei.

L-accident sehh it-Tlieta ghall-habta tal-10.15 a.m. fi blokk appartamenti fi Triq Stiefnu Zerafa f’Hal Gharghur. Dak il-hin l-anzjan kien fit-tielet sular jghin lil ibnu Vince meta tilef il-bilanc u waqa’ fix-xaft fejn se jsir il-lift.

Fuq il-post marret ambulanza b’infermiera kif ukoll Dr Michael Spiteri mill-Emergency Response Team mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, kif ukoll il-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Alan Buhagiar flimkien mal-Kuntistabbli Jean Paul Vella u Stephen Mallia.

Galea ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ezaminat minn Dr Jonathan Joslin. Irrizulta li l-anzjan kien qieghed isofri minn diversi griehi gravi f’rasu, f’sidru, pulmun, kustilji u feriti ohra gravi. Huwu kien iccertifikat li jinsab f’qaghda kritika u fil-periklu imminenti li jitlef hajtu. It-tobba fl-Emergenza ghamlu minn kollox biex isalvaw hajjet l-anzjan imma l-feriti li sofra kienu gravi hafna u ghal habta tas-7.00 p.m. miet.

Bl-accident gie nformat il-Magistrat Dr Antonio Mizzi li hatar lill-Perit Richard Aquilina bhala espert tal-Qorti kif ukoll Pulizija tal-Fotografija. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Nicolai Sant tad-Distrett.