Joghsfor jott ta’ €350,000

Membri tas-sigurtà li jahdmu ma’ kumpanija li tiehu hsieb il-jottijiet f’Manoel Island, uhud minnhom jottijiet lussuzi, baqghu skantati kif jott lussuz ghosfor u minfloku tpogga iehor izghar u li ma jiswix hafna flus u bla isem.

Ghalkemm huwa mahsub li l-jott bl-isem ta’ “Kikki 2” ilu nieqes xi tliet ijiem, kien il-bierah ghal habta tas-2.15 pm. li l-membri tas-sigurtà indunaw li l-“Kikki 2” kien nieqes minn postu fejn kien sorgut ma‘ Pontun ‘F’. Huwa stmat li dan il-jott jiswa iktar minn €350,000. Minnufih gew informati l-awtoritajiet tal-kumpanija li minn naha taghhom informaw lill-Pulizija.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Ann Marie Micallef mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema. B’din is-serqa gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti.