Harqu, kissru u aggredew ufficjali Maltin

Ghal darb’ ohra grupp ta’ madwar 500 klandestin ghamlu herba fil-post fejn qieghdin jigu ospitati fi tliet postijiet f’Hal Safi wara li dahlu Malta illegalment. Waqt dan l-irvell sfaw feruti u aggrediti hames ufficjali tal-Pulizija, mid-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni u mill-Armata.

rewwixita-23-03-09aIt-Tnejn ghal habta tas-6.40 a.m. membri mis-Servizzi tad-Detenzjoni (SD) talbu l-assistenza tal-Pulizija wara grupp kbir ta’ klandestini irnexxielhom johorgu mic-Centru tad-Detenzjoni li hemm fit-Tielet Regiment tal-FAM f’Hal Safi. L-ewwel ma waslu fuq il-post kienet unit tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile immexxija mis-Surgent Raymond Ambrogio flimkien mal-Kuntistabbli Daniel Zammit.

Hemmhekk sabu lill-klandestini armati b’gebel li bdew igarawh fid-direzzjoni tal-Pulizija u tal-membri tas-sigurtà. Fi ftit minuti waslu fuq il-post aktar Pulizija tal-Mobile, tad-Distrett, tal-SAG kif ukoll tat-Traffiku. Il-klandestini bdew jipprotestaw wara li saru jafu li gew irrifjutati stat ta’ refugjat minhabba li kollha gejjin mill-Afrika tal-Punent. Hafna minn dawn il-klandestini waslu Malta illegalment madwar ghaxar xhur ilu u ghalhekk jonqoshom tmin xhur ohra fic-Centru ta’ Detenzjoni skont il-politika tal-Gvern Malti.

Meta wasal fuq il-post il-Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni, il-Logotenent Kulunell Brian Gatt, mar flimkien mal-Pulizija tal-Mobile u membri tas-S.D. fejn kienu l-klandestini u b’xi mod irenexxielhom idahhlu lill-klandestini lura izda kif kienu resqin fejn joqghodu, li huwa maghruf bhala ‘Warehouse 1’, sabu ohrajn li joqghodu f’‘Warehouse 2’ jipprotestaw. Wiehed mill-klandestini, li x’aktarx kien wiehed minn dawk li mexxa r-rewwixta, deher jersaq lejn il-Logotenent Kulunell Gatt u aggredih filwaqt li iehor gara flixkun tal-plastik bl-awrina li laqat lill-istess Brian Gatt. L-intervent tal-Pulizija tal-Mobile kien immedjat u pruvaw izommu lill-klandestin li aggredixxa lil Gatt. Izda b’xi mod dan harbilhom u kif il-klandestini l-ohrajn raw hekk uhud minnhom daru ghall-ufficjali tal-Pulizija u tad-D.S. tant li l-Pulizija kienu kostretti juzaw il-pepper spray.

Dan kompla irvella lill-klandestini li bdew igaraw kull ma sabu ghal idejhom fid-direzzjoni tal-Pulizija u tas-S.D. Kif iddahhlu f’posthom il-klandestini infexxew jaharqu s-saqqijiet u xi affarijiet ohrajn. Wara huma dahlu f’mahzen li l-Gvern Malti ikkonverta f’centru ta’ edukattiv armat b’computer, ghamara, televizjoni u apparat iehor elettroniku.  Hawnhekk il-klandestini komplew ikissru l-hgieg u l-apparat u l-ghamara li kien hemm f’dan ic-centru. B’kollox f’dan ic-centru inqerdu b’iktar minn €36,000 f’apparat.

Il-klandestini ma kienux kuntenti u bdew igaraw l-ghamara mahruqa ghal barra. In-nirien komplew jizdiedu hekk kif il-klandestini komplew jixhtu diversi oggetti ohrajn tant li d-dhahen suwed setghu jidhru minn diversi inhawi.

Minhabba li n-nirien komplew jizdiedu ssejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll aktar rinforzi fosthom Pulizija minn diversi taqsimiet u s-suldati ta’ kontra l-irvellijiet. Fuq il-post marru ukoll diversi ufficjali tal-Pulizija fosthom id-Deputat Kummissarju Joe Cachia, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u ufficjali ohrajn. Helikopter mit-Taqsima tal-Ajru tal-FAM ittajjar fuq l-inhawi bhala sorveljanza f’kaz li xi klandestini jaharbu mill-post. Bhala prekawzjoni kien hemm ghal-lest ambulanzi bl-infermieri u t-tobba mill-ERT immexxija minn Dr Jonathan Joslin u Dr Michael Spiteri.rewwixita-23-03-09b

Ghal habta tat-8.16 a.m. ittiehdet id-decizjoni biex is-suldati ta’ kontra l-irvellijiet flimkien mal-membri tas-S.D. u l-Pulizija tal-SAG jidhlu fejn kienu l-klandestini. Kif dahlu sabu rezistenza qawwija mill-klandestini fejn uhud minnhom dehru armati b’bicciet tal-hadid, injam u gebel. Kien hawn li zewg membri tas-S.D., suldat u Pulizija tal-SAG sfaw feruti.

Fit-8.32 a.m. membru tas-S.D. deher jinhareg minn shabu izomm rasu wara li ntalqat minn oggett iebes. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi gravi. Membri ohra tal-forza tal-ordni ukoll sofrew diversi griehi wara li sfaw aggrediti mill-klandestini.

Kien ftit wara d-9.10 a.m. li s-sitwazzjoni bdiet gejja taht kontroll imma ghal hin twil fuq il-post thallew il-Pulizija u s-suldati kif ukoll tim mediku. Minn tfittxija li saret fejn kienu l-klandestini instabu diversi oggetti tal-hadid li ntuzaw bhala armi. B’kollox gew arrestati tliet klandestini li gew identifikati bhala ‘leaders’ li mexxew ir-rewwixta.