Sejba ta’ fajls u dokumenti li ilhom is-snin mohbijin

Waqt li kien ghaddej xoghol ta’ manutenzjoni fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ Victoria, f’Ghawdex, saret sejba mhux tas-soltu. Mohbijin wara l-altar fil-Kappella instabu fajls u dokumenti li jmorru lura snin tant li hafna minnhom li jittrattaw reati kriminali issa huma preskritti.

Ftit wara li s-Supretendent Simon Galea beda d-doveri tieghu bhala l-ufficjal responsabbli mid-Distrett ta’ Ghawdex f’dawn l-ahhar jiem, sab ma’ wiccu problema ta’ ufficjali li kienu servew qablu fl-istess Distrett tul dawn l-ahhar snin. Pulizija li kienu qieghdin jaghmlu xoghol ta’ tindif u manutenzjoni f’kamra fejn hemm kappella zghira, wara l-altar sabu numru ta’ fajls u dokumenti. Meta dawn gew ezaminati rrizulta li allegatament jittrattaw diversi kazi li l-Pulizija kienet qeghda tinvestiga b’konnessjoni ma’ reati kriminali fosthom li kienu jinvolvu drogi, serq u reati ohrajn.

Sorsi qrib i-Pulizija qaluli li bosta minn dawn id-dokumenti tant ilhom mohbijin, jew mormija fil-Kappella, li l-Pulizija ma jistghux jiehdu passi kriminali kontra individwi ghax spiccaw preskritti. B’hekk xoghol tal-Pulizija, kemm jekk hu dak li sar mill-istess Pulizija tad-Distrett kif ukoll tad-DIK ta’ Ghawdex, sfuma kollu fix-xejn u dawk li allegatament kissru l-ligi ma jistghux jittiehdu passi kontrihom.

Qed ikun allegat ukoll li dan ma kienx l-uniku nuqqas li nstab f’din l-Ghassa. Qed jinghad li c-cwievet tas-safe li hemm fl-Ghassa tal-Pulizija ma nstabux u li x’aktarx kellu jinfetah bil-forza. F’dan is-safe instabu aktar fajls u dokumenti ma’ kazi serji hafna. Informazzjoni li waslitilna, izda ma stajniex nikkonfermawa, hija li fis-safe x’aktarx li nstabet anke xi droga li l-Pulizija kienu elevaw minghand xi individwi.

Minn stharrig li ghamilt jirrizulta li la darba d-droga li tkun giet elevata tibqa’ ghand il-Pulizija, x’aktarx li ghand min instabet lanqas tressaq il-Qorti. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li bhala procedura normali, meta d-droga tkun fi kwantità sostanzjali ssir inkjesta bil-Magistrat. F’dan il-kaz id-droga tigi elevata minn espert li jkun tqabbad mill-Magistrat Inkwerenti. Jekk id-droga ma tkunx f’ammont li tirrikjedi inkjesta, allura tinzamm mill-ufficjal li jkun qed jinvestiga sakemm iressaq lill-individwu l-Qorti. Hawnhekk id-droga tkun esebita u tinzamm mill-Qorti sakemm tittiehed biex tigi distrutta.

Ghaldaqstant jidher li jekk verament instabet xi droga fis-safe fl-Ghassa tal-Pulizija, x’aktarx li l-persuni ghand min instabet id-droga lanqas tressaq il-Qorti.

Huwa mifhum li s-Supretendent Galea ghadda kollox lill-Kwartieri Generali tal-Pulizija f’Malta ghal aktar investigazzjonijiet.