Kienu se jisirqu b’eluf ta’ Ewro f’ghodda

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk tal-Mobile sfrattaw serqa ta’ eluf ta’ Ewro f’ghodda u apparat li kien se jingarr fuq trakk armat bi krejn. B’konnessjoni ma’ dan il-kaz tressqu l-Qorti tliet irgiel ilkoll mir-Rabat.

Nhar il-Hadd ftit qabel id-9.00 a.m. il-Pulizija waslitilhom informazzjoni li mill-fonderija Dolphin Forge, li tinsab fi Triq Marina f’Tal-Pietà, kien qed jinstemghu xi hsejjes u li x’aktarx kien hemm xi hallelin fil-post. Peress li l-fonderija ghandha zewg entraturi, wahda fi Triq Marina, li taghmel mal-Imsida, u l-ohra fi Triq Alfred Craig li taghmel ma’ Tal-Pietà, il-Pulizija mid-Distrett tal-Imsida marru fl-entratura fi Triq Marina filwaqt li dawk mid-Distrett tal-Hamrun flimkien ma’ tal-Mobile marru fuq in-naha ta’ wara. Fuq il-post kien hemm ukoll sid il-fonderija li nnota li kien hemm madwar hames katnazzi sgassati u x-shutter miftuh.

Kif il-hallelin indunaw bil-prezenza tal-Pulizija, dawn pruvaw jaharbu izda sabu li kienu ccirkondati mill-Pulizija. Huma regghu dahlu fil-mahzen u kif dahlu fuqhom il-Pulizija dawn stahbew. Wiehed minnhom instab jistahba wara frigg filwaqt li t-tnejn l-ohrajn instabu ftit wara f’toqba li taghti ghal taht l-art.

“Kienu qishom xi grieden jaharbu minn qattus u l-ewwel toqba li sabu dahlu fiha”, qalulna sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u ma’ dan is-sit elettroniku. Fi ftit minuti t-tliet hallelin gew arrestati u ttiehdu l-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Minn aktar stharrig li sar mill-Pulizija fuq il-post irrizulta li l-hallelin kien digà garrew diversi ghodda u apparat qrib il-bieb. Skont is-sid l-ghodda u l-apparat jiswa’ aktar minn €18,000. Fl-inhawi l-Pulizija sabu ukoll trakk Isuzu armat bi krejn biex ikunu jistghu jgorru l-ghodda u l-apparat. Din il-vettura hija ta’ wiehed mill-hallelin, li huwa maghruf sew mal-Pulizija. It-tliet suspettati ghandhom bejn is-27 sena u l-35 sena u huma llkoll mir-Rabat.

L-istess sorsi qalulna li kien l-intervent immedjat tal-Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll tal-Mobile, li din is-serqa giet solvuta u l-hallelin inqabdu fil-fatt. L-investigazzjonijiet qeghdin jitmexxew mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett u Jeffrey Cilia mid-DIK.

Sadanittant it-Tnejn l-istess Spetturi Agius u Cilia ressqu b’arrest quddiem il-Magistrat Dr Lawrence Quintano lil Charles Guntrip ta’ 29 sena, Renald Barbara ta’ 28 sena u Paul Abela ta’ 53 sena. Huma gew akkuzati b’serq minn Dolphin Forge, li ghamlu hsara fl-istess post u i saru recedivi.

L-Avukat Franco Debono deher ghal Guntrip filwaqt li Barbara u Abela kienu assistiti minn Dr Joseph Giglio. L-akkuzati talbu biex jinhelsu mill-arrest izda l-Magistrat Quintano cahdilhom it-talba u ordna li jibqghu jinzammu arrestati fil-Habs ta’ Kordin.