Waqghet gholi ta’ tliet sulari biex tmur Paceville

Bluha ta’ zewg tfajliet Russu li f’tentattiv li johorgu bil-mohbi minghajr ma jindunaw dawk responsabbli mis-sigurtà taghhom, spiccat biex wahda minnhom waqghet minn gholi ta’ tliet sulari.rbsm

Dan l-accident sehh il-Gimgha, 20 ta’ Marzu ghal habta ta’ 12.10 a.m. fir-Russian Boarding School li tinsab fi Triq il-Gifen f’Bugibba.

It-tfajliet Russi, wahda ta’ 16-il sena u l-ohra ta’ 17-il sena, iddecidew li riedu jmorru Paceville izda minhabba li matul il-lejl ma jithallewx johorgu, biex ma jidhrux hergin mill-kamra, rabtu l-lozor li kellhom fil-kamra taghhom u ddendlu biex johorgu mill-bitha. L-ewwel ma nizlet kienet dik li ghandha 17-il sena u kif it-tfajla l-ohra, dik ta’ 16-il sena, kienet se tinzel x’aktarx li wiehed mil-lozor iccarrat minhabba t-toqol taghha b’konsegwenza li baqghet niezla tielet sular u hadet tisbita qawwija.

Kienet il-habiba taghha stess li marret iggib l-ghajnuna fejn fuq il-post marret ambulanza bl-infermieri kif ukoll il-Pulizija mill-Ghassa tal-Qawra immexxija mis-Surgent Antoine Buttigieg. Meta waslu sabu lit-tfajla f’ghadira demm u b’ferita gravi f’rasha. Hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei fejn instabet li barra l-griehi gravi f’rasha kienet ukoll qeghda ssofri min ksur fil-pelvis, ksur fil-kustilji, sidirha u anke hsara fil-fwied. Kawza ta’ dawn il-feriti gravi hija giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aqulina u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qeghdin jitmexxew mill-Ispettur Anzjan Paul Bond.