IT-TEMPERATURA QRIB IT-3°c

Meta nhar il-Gimgha, 13 ta’ Frar 2009 is-suldati mis-‘C’ Company ittiehdu ghal tahrig f’Chadwick Lakes it-temperatura kienet baxxa hafna tant li parti kbira mill-grupp sofrew minn Hypotermia, li hija temperatura baxxa tal-gisem. Dan gara ghax filwaqt li fil-hin li s-suldati kienu fl-ilma t-temperatura tal-arja kienet tinhass madwar 3 gradi Celsius biss.

gunner-psaila-inkjestaDan is-sit elettroniku u l-gurnal l-orizzont kompla jinvestiga l-kaz ta’ li fih Gunner Matthew Psaila ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex tilef hajtu kawza ta’ gharqa waqt dan it-tahrig. Tkellimt ma’ Kenneth Chase, ufficjal fl-Ufficcju Metreologiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Huwa qalli li dakinhar li sehh l-accident fl-10.00 a.m. it-temperatura rregistrata kienet ta’ 5.6 gradi u minhabba li r-rih kien qed jonfoh forza ta’ 20km fis-siegha, ghamel it-temperatura tinhass 2 gradi. Fl-10.15 a.m. t-temperatura telghet ghal 7 gradi imma bir-rih forza 20km din kienet tinhass 4 gradi. Bejn il-10.45 a.m. u l-11.15 a.m., kwazi fil-hin meta s-suldati spiccaw taht l-ilma, it-temperatura kienet bejn 8.8 gradi u 6 gradi bir-rih jonfoh bejn 18.2km u 37km fis-siegha li ghamel it-temperatura tinhass bejn 6 gradi u grad wiehed biss. B’hekk il-medja tat-temperatura kienet tinhass madwar 3 gradi. Din izda barra mill-ilma.

Kenneth Chase qalilna li bejn il-11 ta’ Frar u t-13 ta’ Frar kienet ghamlet ix-xita fejn anke kien hemm halbiet bis-silg. Sorsi ohrajn qalulna li dan kien ifisser li s-silg li ghamel ir-Rabat u l-inhawi meta dab spicca jmur f’Chadwick Lakes u b’hekk kompla baxxa it-temperatura tal-ilma ghal hafna inqas minn 3 gradi celsius.

Sadanittant sorsi qaluli li dawn il-fatturi kollha kienu traskurati qabel ma beda l-ezecizzju. Dan anke hareg fl-inkjesta li l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera ghaddiet lill-Avukat Generali. Minn din l-inkjesta johrog li meta grupp minn dawn is-suldati, madwar tmienja fosthom Gunner Psaila, nizlu fl-ilma dawn bdew jikshu. Hekk kif komplew mixjin fl-ilma kiesah bdiet tahkem il-Hypotermia fuqhom u whud minnhom lanqas bdew jahsbu sew.

Kif is-suldati waslu taht il-pont u whud minnhom spiccaw sabu dizlivell, dawn spiccaw taht l-ilma. Huwa mifhum li b’kollox kien hemm madwar hames suldati li minhabba li kienu mahkumin minn Hypotermia ma setghux jirragunaw sew u spiccaw taht l-ilma.

Mill-inkjesta johrog ukoll li wiehed mill-ufficjali li qabez biex jaghti l-ewwel ghajnuna lis-suldati ukoll sab ruhu f’diffikultajiet. Kien hawn li l-paniku li hakem lis-suldati kompla jizdied b’konsegwenza li hadd minnhom, lanqas dawk li kienu responsabbli u li kienu qeghdin josservaw it-tahrig, ma ndunaw li Psaila kien spicca taht l-ilma u ma telax. Fil-fatt gie stabbilit li kellha ssir tfittxija ghal Psaila madwar ghaxar minuti wara li sehh l-accident taht il-pont.

Is-sorsi qaluli ukoll fejn is-soltu jsir assessjar tal-post qabel isir xi tahrig, f’dan il-kaz dawk li kienu responsabbli minn dan it-tahrig ma kienx jew ma kienux familjari mal-post.

“Immagina li int ghandek ghalliem tal-Germaniz li ma jafx il-lingwa Germaniza”, qalli wiehed mis-sorsi.

Eks-fizzjal li tkellem mieghi qalli li f’kull Armata fid-Dinja jkollha dawk maghrufin bhala S.O.P. (Standing Operation Procedures) u l-R.O.E. (Rules of Engagement). Dawn huma l-proceduri ta’ kif ghandha ssir operazzjoni jew regolamenti tal-operazzjoni. Jidher izda li f’dan il-kaz dawn jew ma gewx segwiti jew lanqas biss jezistu.

L-istess sors, li ghandu snin ta’ esperjenza, spjega li timxi, jew tghum, f’ilma bhal dak li hemm f’Chadwick Lakes huwa totalment differenti mill-bahar. Meta wiehed izid il-hwejjeg, zarbun tas-servizz tqil, l-arma u l-munizzjon flimkien mal-kumplament tal-apparat li kienu qieghdin igorru s-suldati, zelqa tigi qiesek tfajt ankra.

Ghaldaqstant, kompla jghidli s-sors, wiehed irid jistabilixxi jekk il-basket li kienu qeghdin igorru s-suldati kienx issiggilat sew li ma jidholx ilma fih. Anke oggetti ohrajn li setghu kienu qeghdin igorru kellhom jitpoggew f’boroz tal-plastik biex la tidhol arja u lanqas ilma li jkomplu jzidu fil-piz. Suldati barra minn Malta meta jmorru ghal tahrig simili jew waqt operazzjoni reali, jorbtu l-basket ma’ zkuk ta’ sigar biex dan jibqa’ fil-wicc u b’hekk iservi ukoll ta’ ‘salvauomo’ f’kaz ta’ emergenza biex izomm kemm lis-suldat kif ukoll l-arma fil-wicc.

Jidher izda li skont l-inkjesta kien hemm diversi nuqqasijiet tant li qed ikun allegat li l-mewt ta’ Matthew Psaila qed tkun meqjusa bhala qtil involontarju minhabba traskuragni u nuqqas ta’ harsien ta’ sahha u sigurtà.

Fil-Parlament id-Deputat Laburista Chris Agius staqsa lill-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, peress li dan il-kaz qajjem interess nazzjonali u l-poplu ghandu dritt ikun jaf x’gara, jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li rrizulta dwar dan l-accident minn dan ir-rapport u jpoggi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra x’kienu l-konkluzzjonijiet tal-inkjesta Magisterjali. Agius staqsa ukoll jekk hemmx il-hsieb li jittiehdu xi passi f’kaz li jirrizulta li kien hemm nuqqasijiet fil-qadi tad-dmir ta’ min kien responsabbli minn sahhaet dan iz-zaghzugh.

Minn naha tieghu l-Ministru Mifsud Bonnici qal li il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, qal li m’ghandu ebda dubju li jekk jirrizulta li ghandhom jittiehdu passi kriminali jew passi ta’ xorta ohra fil-konfront ta’ xi hadd dwar il-mewt ta’ Matthew Psaila, dawn il-passi se jittiehdu.

Huwa qal ukoll li l-proccess verbal relattiv flimkien mal-provi u d-dokumenti kollha migburin fil-kors tal-inkjesta, ntbaghtu ghand l-Ufficcju tal-Avukat Generali. F’dan l-istadju l-atti tal-inkjesta qeghdin jigu ezaminati mill-ufficcju imsemmi biex jigi determinat jekk hemmx lok tastharrig iehor u x’passi ohrajn ghandhom jittiehdu fir-rigward. Id-decizjoni jekk jinghatax access ghall-atti tal-inkjesta u meta, hi decizjoni tal-Avukat Generali, qal il-Ministru Mifsud Bonnici.