Avventura li spiccat hazin

Tfajla u guvni jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li waqghu minn gholi ta’ madwar erba’ sulari minn fuq irdumijiet fl-inhawi tal-Bahrija. Huma marru hemm ghal tmiem il-gimgha biex jikkampjaw u anke jistadu.

Grupp ta’ disa’ zghazagh marru jikkampjaw fuq l-irdumijiet tal-Bahrija, f’post maghruf bhala l-Blata tal-Melh. Is-Sibt habta tal-11.15 p.m. David Attard ta’ 25 sena minn Had Dingli u tfajla ta’ 16-il sena minn Hal Qormi tbeghdu minn mal-kumplament tal-grupp u marru jimxu. X’aktarx li minhabba li l-post huwa mudlam ma ndunawx li kienu f’xifer l-irdum, allegatement it-tfajla tilfet il-bilanc u kif il-guvni prova jzommha spiccaw it-tnejn waqghu ghal isfel.

Jidher li wiehed minn shabhom li kien fil-kamp sema’ lil Attard isejjah ghall-ajjut u kif mar jara x’gara informa lill-ohrajn, fosthom oht it-tfajla, u dawn cemplu fuq in-numru tal-emergenza fejn talbu l-assistenza medika ghax kien hemm tnejn li waqghu minn fuq l-irdum.

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u ma’ dan is-sit elettroniku qalulna li x’aktarx minhabba l-paniku min cempel ma kienx car dwar x’kien sehh u l-post ezatt. Huwa mifhum li kellhom isiru aktar telefonati biex gie stabbilit il-post u l-gravità tal-accident. Fuq il-post marru l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjonijiet ta’ Kordin u Floriana li kif waslu u saru jafu li ma kienx possibli li l-vittmi jittelghu minn fejn kienu, intalbet l-ghajnuna tal-FAM biex jibghatu helikopter. It-talba dahlet fic-Centru tal-Operazzjonijiet tal-FAM fis-12.50 a.m.

F’kazi bhal dawn meta l-FAM jsehhu matul il-lejl hemm procedura biex jittajjar il-helikopter tal-Missjoni Militarji Taljana f’Malta peress li dawn il-helikopters jistghu jtiru f’kull tip ta’ kundizzjoni filwaqt li dawk tal-FAM huma limitati.

Sadanittant fuq il-post fejn sehh l-accident waslu zewg ambulanzi bl-infermieri kif ukoll it-tim mediku tal-ERT immexxi minn Dr Jonathan Joslin. Anke l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Mobile marru biex jassistu.

L-operazzjoni kienet wahda difficili hafna kemm minhabba d-dlam kif ukoll minhabba li biex it-tim ta’ salvatagg waslu hdejn it-tfajla u l-guvni kellhom jghaddu minn passaggi perikoluzi u bl-uzu ta’ torci. L-apparat li kellhom igorru maghhom it-tobba, l-infermieri u l-membri tal-Protezzjoni Civili kompla ghamel l-operazzjoni aktar difficli. Kif waslu fejn kienu l-vittmi sabu lit-tfajla li kienet nofsha f’sensiha u f’qaghda kritika hafna filwaqt li guvni ghalkemm kien konxju ukoll kien batut hafna. It-tnejn li huma kellhom it-temperatura ta’ gisimhom baxxa u kienu qieghdin isofru minn hipotermja minhabba li fejn spiccaw kienu ukoll qrib il-bahar.

Minn stharrig li komplejt naghmel jirrizulta li l-ekwipagg tal-helikopter Taljan flimkien mas-suldati Maltin mill-Iskwadra tat-Taqsima tal-Ajru kienu lesti biex itiru f’inqas minn saghtejn mis-sejha, li huwa l-hin stipulat matul il-lejl. Fil-fatt il-helikopter AB212 telaq mill-Bazi tal-Ajru tal-FAM f’Hal Kirkop fis-2.20 a.m. Kif wasal fuq il-post nizel rescuer u fit-2.50 a.m. David Attard ittiehed dirett bil-helikopter l-Isptar Mater Dei fejn kien hemm tim iehor mediku jistenna. L-istess helikopter rega’ mar fuq il-post tal-accident fejn t-tfajla ta’ 16-il sena ittelghet fit-3.10 a.m. akkumpanjata minn Dr Joslin li ukoll baqghu sejrin biha l-Isptar Mater Dei.

Meta tkomplew isiru aktar ezamijiet medici irrizulta li z-zewg vittmi kien qeghdin isofru minn diversi griehi gravi fosthom ksur f’hafna partijiet ta’ gismhom u gew iccertifikati li jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Anthony Vella li ordna inkjesta u hatar lil Dr Stefan Filletti, lill-Perit Richard Aquilina u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispetturi Ramon Mercieca u Robert Vella tad-Distrett li matul il-gurnata tal-bierah komplew jitkellmu maz-zghazagh l-ohrajn li kienu mal-vittmi.