anzjannadurAnzjan jinstab mahruq f’soddtu

Ghad irid jigi determinat kif bdew nirien li hakmu residenza privata fi Trejqa ta’ Majza fin-Nadur, Ghawdex, u li hallew anzjan mejjet. Ir-ragel instab mahruq kmieni nhar il-Gimgha fuq is-sodda tieghu.

Sorsi f’Ghawdex qaluli li l-anzjan – Francesco Said ta’ 79 sena – ma kienx johrog mid-dar u kien dejjem fis-sodda. Jirrizulta li l-lejl ta’ qabel kien mar jorqod mieghu wiehed minn uliedu, John ta’ 45 sena li joqghod in-Nadur stess.

Ghall-habta tal-5.00 a.m. ta’ nhar il-Gimgha kif John ra li missieru ma kienx ghadu rieqed ghamillu kikkra kafè u rritorna d-dar tieghu kif jaghmel is-soltu.

Kien ghall-habta tas-6.40 a.m. li xi girien innutaw duhhan hiereg mid-dar tal-anzjan u cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Dak il-hin kien ghaddej minn quddiem ir-residenza tal-anzjan ibnu iehor, Eugenio ta’ 50 sena mix-Xewkija, li kif ra d-duhhan hiereg mid-dar ta’ missieru b’xi mod irnexxielu jiftah il-bieb wara li dahhal idejh minn tieqa. Izda minhabba n-nirien u d-dhahen ma setax jidhol biex jghin lil missieru.

Ftit tal-minuti wara waslu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezjjoni Civili mmexxija mill-ufficjal Peter Mercieca, fejn sabu parti mid-dar mahkuma minn nierien kbar. Fuq il-post marret ukoll ambulanza akkumpanjata minn mit-Tabib Joseph Galea u infermiera.

Kif il-pumpieri ikkontrollaw in-nirien u dahlu fil-post flimkien mas-Surgent Emanuel Cilia u l-Kuntistabbli Charles Debattista biex ifittxu lill-anzjan. Kif dahlu fil-kamra tas-sodda sabu lil Said fuq is-sodda kwazi mahruq kollu. Fil-fatt Dr Galea ccertifika lill-anzjan mejjet fuq il-post.

Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija ma’ ulied il-vittma gie stabbilit li fil-kamra tas-sodda l-anzjan kien izomm zewg ‘heaters’, wiehed tal-elettriku u l-iehor tal-gass. Minbarra hekk l-anzjan kien ipejjep, x’aktarx sigarri, fis-sodda. Fil-fatt il-Pulizja sabu ‘ashtray’ b’diversi loqom ta’ sigarri. Ghaldaqstant l-esperti flimkien mal-Pulizija ghad iridu jistabilixxu jekk in-nirien bdewx minn xi sigarru jew minn heater.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Paul Coppini, li ordna inkjesta u hatar lill-Pofessur Alfred Vella bhala espert tal-Qorti. L-Ispettur Josric Mifsud qed jinvestiga l-kaz.

• Sadanittant f’accident separat nirien ohrajn hakmu hanut fi Triq San Fran­gisk fil-Floriana l-bierah ghall-habta tas-2.30 a.m. Anke f’dan il-kaz kienu l-girien li sejhu ghall-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Kif waslu fil-post indikat sabu li bieb ta’ bar kien inghata n-nar, li gie kkontrollat fi ftit hin.

Dan il-kaz qed ikun investigat mill-Pulizija tad-Distrett ukoll.