Ilu nieqes kwazi tliet xhur

Minkejja li l-Pulizija minn diversi taqsimiet fittxew kwazi f’kull rahal li hemm f’Ghawdex kif ukoll f’diversi inhawi buttigieg-missingf’Malta ghal Saviour Peter Charles Buttigieg ta’ 49 sena mill-Qala Ghawdex, dawn it-tfittxijiet ma hallew rizultat negattiv. Fejn is-soltu meta persuna ma tirritornax id-dar, isir rapport minnufih u l-Pulizija tistenna mill-inqas 24 siegha biex tappella ghall-ghajnuna tal-pubbliku, din id-darba il-persuna ilha nieqsa kwazi tliet xhur.

Skont ahbar li zvela l- gurnalist Brandon Pisani fuq ‘Favourite News’ nhar it-Tlieta, 10 ta’ Marsu, irrizulta li Buttiegieg ilu fil-fatt nieqes mit-23 ta’ Dicembru tas-sena l-ohra. Ir-rapport ikompli jghid li kien madwar xahar wara, lejn l-ahhar ta’ Jannar li ghadda, li omm Buttigieg irrapportat lill-Pulizija li binha baqa’ qatt ma rritorna lura d-dar.

Minkejja li r-rapport sar wara xahar mill-ghibien tieghu, il-Pulizija wettqet tfittxijiet intensivi madwar il-gzira Ghawdxija, izda din irrizultat fin-negattiv. Mill-investigazzjonijiet li saru rrizulta li ftit jiem wara t-23 ta’ Dicembru, ir-ragel siefer lejn l-Italja, x’aktarx fejn ohtu li hija soru, u wara ftit jiem gie lura Malta, izda baqa’ qatt ma mar id-dar.

It-tfittxijiet komplew anke f’Malta, fejn gie kkonfermat li r-ragel, minn dakinnhar li rritorna Malta mill-Italja, qatt ma rega halla Malta. Huwa mifhum li Buttigieg ibati minn xi problemi u mhux l-ewwel darba instema jghid li huwa ‘patri’ u anke kien jilbes ta’ sacerdot.

‘Favourite News’ qal li r-ragel, lura f’Dicembru li ghadda, kien tkellem ma’ xi persuni fil-pjazza tal-Qala, f’Ghawdex, u qal li ommu kienet tatu ¢500. Jidher li kien minn dakinnhar li ommu ma ratux izjed.

Residenti Qalin qalu li Buttigieg ihobb jimxi hafna u dejjem jilbes gakketta tal-gild sewda. Fil-fatt, ir-ritratt li intbaghat mill-Pulizija, Buttigieg jidher liebes l-istess gakketta.

Huwa mifhum li l-Pulizija qeda tappella issa ghall-ghajnuna tal-pubbliku permezz tal-midja wara dan iz-zmien kollu u mhux meta saru jafu f’Jannar, ghax bezghu li jekk dan jisma’ xi haga fl-ahbarijiet huwa jibqa’ mistohbi.

Issa, tliet xhur wara, il-Pulizija qieghda titlob lil kull min ghandu xi informazzjoni dwar Buttigieg biex icempel lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21221111.

 Saviour Peter Charles Buttigieg huwa twil hames piedi u tmien pulzieri, ghandu xaghru qasir ta’ kulur iswed u ghajnejh suwed.