DOKUMENTI JOGHSFRU

Dokumenti ufficjali mill-Qorti tal-Familja ta’ Malta, ghebu fil-Qorti tal-Moldova biex kaz ta’ kustodja ta’ tifla Maltija li “nhatfet” minn ommha, issa se jkollu jerga’ jibda jinstema’ mill-bidunett. B’hekk spicca nhela hin prezzjuz ghad-dannu ta’ missier it-tifla u sa certu punt anke tat-tifla stess.

satariano-caseDan il-kaz kien zvelat ghall-ewwel darba fil-gurnal l-orizzont fil-harga tal-15 ta’ Ottubru, 2008 kif ukoll fuq dan is-sit elettroniku, meta rrapportajna li l-Interpol, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-Pulizija, kienu habbru fis-sit elettroniku ufficjali taghhom li hemm tfittxija ghal Nicole Satariano, tifla ta’ erba’ snin li kienet naqset f’Ottubru 2007. Dan l-avviz inhareg wara li omm it-tifla, Andriana Neamtu mill-Moldova, telqet minn Malta bit-tifla u marret f’pajjizha.

Missier it-tifla, Albert Satariano, ilu daz-zmien kollu jaghmel minn kollox biex igib lura lil bintu. Nhar il-21 ta’ Dicembru, 2007, il-Qorti tal-Familja, preseduta mill-Imhallef Joseph Azzopardi, kienet iddecidiet li l-missier Malti kellu d-dritt ghall-kustodja ta’ Nicole wara li qieset li dak li ghamlet Andria­na Neamtu “hi azzjoni illegali li tammonta ghal htif ta’ tifla minorenni u tikser Artiklu 3 tal-Konvenzjoni ta’ The Hague.”

Aktar tard, fit-23 ta’ Jannar 2008, l-istess imhallef ordna lill-omm biex fi zmien erbat ijiem tirritorna lit-tifla hawn Malta u tghaddiha lil missierha. Izda minkejja din id-decizjoni tal-Qorti, l-omm baqghet tinjora d-decizjoni u anke fethet kawza fil-Qorti ta’ Straseni fil-Moldova. Din il-Qorti ukoll injorat id-decizjoni tal-Imhallef Azzopardi wara li Neamtu ghamlet allegazzjonijiet li Satariano kien jimmaltrattahom. Sahanisitra l-omm ghamlet talba biex tinghata l-kustodja tat-tifla liema talba giet milqugha mill-Qorti ta’ pajjizha.

Satariano mhux biss cahad dawn l-allegazzjonijiet, izda anke appella mis-sentenza.

Fil-fatt meta Andriana Neamtu kienet ghamlet rapport lill-Pulizija ta’ Malta, irrizulta mill-investigazzjonijiet li kienu ghamlu l-Pulizija li dawn kienu biss allegazzjonijiet.

Fil-21 ta’ Frar, 2008, il-Pulizija Maltija kkonfermat li “dwar rapport lil sar minn Andriana Neamtu nhar is-16 ta’ Gunju, 2006, fl-Ghassa tal-Pulizija tan-Naxxar, fejn hi allegat li s-Sur Satariano kien vjolenti fil-konfront taghha, mill-investigazzjonijiet li saru rrizulta li dawn l-allegazzjonijiet ma gewx ipprovati u ghalhekk ma ttiehdu ebda proceduri kriminali kontra s-Sur Satariano”.

Izda meta l-avukati ta’ Satariano fil-Moldova regghu pprezentaw il-kaz fil-Qorti tal-Appell sabu li d-dokumenti tal-kaz, fosthom anke d-decizjonijiet tal-Imhallef Malti Joseph Azzopardi, kienu ghebu jew insterqu mill-Qorti tal-Moldova. B’hekk il-kaz mistenni jerga’ jibda mill-gdid.

Ghaldaqstant id-decizjoni tal-Qorti tal-Moldova li tat il-kustodja tat-tifla lil Neamtu, giet annulata u ghalhekk id-decizjoni tal-Qorti tal-Familja ta’ Malta giet fis-sehh u Satariano ghandu l-kustodja legali ta’ bintu.

“Dan mhu xejn hlief biex jghaddi z-zmien u b’hekk ikun hemm skuza li issa Nicole tkun drat l-ambjent t’hemm u ma jkunx ta’ gid ghaliha li tingieb Malta”, qal Albert Satariano.

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague hija cara dwar kazi simili, jigifieri li t-tifla ghandha tigi rritornata fejn twieldet u ghexet. Imma minkejja li l-Moldova hi firmatarja tal-Konvenzjoni ta’ The Hague, l-awtoritajiet tal-lokal qeghdin jinjoraw dan il-ftehim.

Meta bdejna nistharrgu dan il-kaz f’Ottubru tas-sena l-ohra kien irrizultalna li l-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Socjali filfatt baghat ittra lill-awtorità cen­tra­li tal-Moldova u li fiha gie spje­gat li l-Gvern Malti qieghed jipprova jsolvi dan il-kaz permezz tal-istrumenti legali inter­naz­zjo­nali, primarjament skont il-Kon­venzjoni ta’ The Hague.

Jekk ma jkunx hemm success jew ma jkunx hemm xi haga effettiva, il-Gvern Malti se jgib ghall-atten­zjoni tal-kaz lill-Ufficcju tal-Af­farijiet Barranin u minn hemm jipprocedi permezz tal-kuntatti diplomatici mal-Gvern Moldovan.

Il-Gvern Malti jista’ ukoll jaghmel talba lis-Sezzjoni tal-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.