Instab mejjet f’wicc il-bahar

Disa’ snin ilu Bertu Pace u martu Grace mill-Belt taw hajja gdida lil Maxim Vorobyev meta kellu biss seba’ snin u kien jghix f’orfanatrofju f’Bezetsk fir-Russja. Nhar il-Hadd il-familja Maltija nghataw l-ahbar li ma riedux jisimghu mindu Maxim ma deherx aktar minn nhar il-Erbgha, 25 ta’ Frar, dik li t-tfajjel instab mejjet.

maxKmieni l-Hadd filghodu ghal habta tas-6.50 a.m. dahlet telefonata anonima fil-Control Room tal-Pulizija fejn gew informati li qrib il-Pixkerija fil-Belt kien hemm kadavru f’wicc il-bahar. Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt immexxija mis-Surgenti Stephen Tarpey u Patrick Bonnici fejn mal-blat fil-post indikat raw il-kadavru wiccu ’l isfel.

Il-Pulizija talbu l-assistenza tal-Forzi Armati fejn mill-Bazi Marittimu f’Xatt it-Tiben harget il-lanca Melita 2 izda kemm minhabba c-caqliq tal-bahar kif ukoll minhabba li fejn kien il-kadavru l-bahar mhux fond bizzejjed ghal-lanca, ma setghux itellghuh. Ghaldaqstant issejhu fuq il-post l-ghaddasa mill-Explosives Ordinance Unit tal-FAM li tellghu l-kadavru fuq il-Melita 2 u fejn madwar siegha u nofs wara ttiehed f’Xatt it-Tiben.

Minhabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dikompozizzjoni, il-Pulizija ma setghux jikkonfermaw li dan kien ta’ Maxim. Il-hwejjeg li kien liebes, fosthom jeans blu, flokk beige u jogging shoes isfar, dawn tilfu l-kulur taghhom ghalkemm il-gakketta li kellu fuqu tindika sew li hija l-istess wahda li kien liebes iz-zaghzugh Russu. Fil-Bazi Marittimu tal-FAM marru l-Ispettur Pierre Micallef Grimaud mill-Ghassa tal-Belt kif ukoll l-Ispettur Chris Pullicino mill-Iskwadra tal-Omicidji. Gew ukoll informati l-Ispettur James Grech tad-Distrett u l-Ispettur Raymond Aquilina li kienu qeghdin jinvestigaw l-ghibien taz-zaghzugh.

Minn tfittxija li ghamlu l-Pulizija fuq il-kadavru sabu tliet cwievet fil-but tal-jeans li kienu imdendlin ma’ keychain forma ta’ pala ta’ sieq. Huwa kellu ukoll arlogg tal-marka Casio. Kemm ic-cwievet kif ukoll l-arlogg gew elevati u ttiehdu mill-Pulizija li marru bihom ghand il-familja Pace.

Kemm Bertu kif ukoll Grace iddentifikaw ic-cwievet, il-keychain u l-arlogg bhala dawk ta’ Maxim. Biex ikunu certi l-Pulizija anke pruvaw wahda mic-cwievet li qablet mal-bieb ta’ barra. Ghal familja Pace dan kien xokk qawwi li kienu ghadhom jittammaw li Maxim kien se jinstab haj. Fil-fatt il-bierah filghodu kellha ssir tfittxija mill-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili taht Pjazza San Gorg fil-Belt fejn il-gimgha l-ohra nstabu mini taht l-art. Izda kif instab il-kadavru u kien jindika li kien ta’ Maxim, il-Pulizija ikkancellaw it-tfittxija. Nhar il-Gimgha l-Pulizija, bl-ghajnuna tat-Taqsima tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, ghamlu tifttxija fi blokk bini abbandunat fi Triq Sant Ursola fil-Belt.

Sadanittant il-kadavru tar-Russu kien ezaminat mit-Tabib Fornsiku Mario Scerri hekk kif twassal f’Xatt it-Tiben u wara ttiehed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn illum f’nofs inhar se ssir l-awtopsja. Fuq il-kadavru nstabu xi daqqiet izda dawn jidhru li saru meta l-kadavru beda jahbat mal-blat.

Ghalkemm il-Pulizija f’dan l-istadju mhuma jeskludu xejn, sorsi qrib il-Pulizija qalu lil l-orizzont li Maxim x’aktarx kien qrib ix-xatt meta tilef il-bilanc u waqa’ l-bahar. L-ahhar li Maxim deher haj kien ghal habta tas-6.30 p.m. fejn kellu jmur fil-hanut ta’ hu Grace Pace fi Triq San Pawl  izda z-zaghzugh qatt ma wasal hemm. Jekk Maxim waqa’ fil-bahar dakinhar allura kien digà dalam u kien difficli biex jarah xi hadd u seta’ sab ruhu f’diffikultajiet u ghereq. Issa irid ikun determinat ir-raguni ghaliex Maxim waqa’ fil-bahar fejn anke mistennija jsiru diversi ezamijiet forensici. Il-Magistrat Dr Silvio Meli gie informat fejn fetah inkjesta.

Ftit tal-hin wara li nstab il-kadavru tkellimt ma’ Pauline Pace ta’ 25 sena li hija bint il-koppja Pace addottat lil Maxim. Hija qaltilna li jinsabu kollha imkissrin bl-ahbar fosthom hutu Artem ta’ 12-il sena u Alessia ta’ 16-il sena li ukoll gew addottati minn oht Grace Pace li toqghod fl-istess blokk fi Triq Sant Ursola fil-Belt fejn joqghodu l-familja Pace.

Pauline qaltilna li l-genituri taghha gabu lil Maxim mill-orfanatrofju Russu disa’ snin ilu fejn ghamel xi zmien imur lura u jerga’ jigi. Izda Grace u Bertu Pace kienu gabu l-permessi kollha biex Maxim jibqa’ jghix Malta bhala binhom addottiv. Fil-fatt Pauline ikkonfermat dak li rrapportajna f’dan il-gurnal nhar it-Tlieta, 3 ta’ Marzu li Maxim kien ibati biex jara minn ghajn wahda. Ghaldaqstant il-familja Pace kienu haduh ghand professur Malti fejn iccertifika li ma kien ghami minn ghajn wahda u jekk ma ssirlux operazzjoni malajr kien ukoll se jitlef id-dawl minn ghajnejh l-ohra. Sa qabel ma Maxim naqas, u cioè minn nhar l-Erbgha 25 ta’ Frar, Maxim kien ghadu jinghata kura medika f’ghajnejh.

Tkellimt ukoll ma’ Irina Malikova, Direttrici ta’ Internationa Charity Society li hija organizzazjoni li ggib it-tfal orfni mir-Russja. Irina qaltilna li l-ahbar hasdet lil kulhadd. Hija qaltilna li Maxim se jindifen hawn Malta ghax fir-Russja ma ghandu lil hadd u hawn Malta ghandu zewg hutu u l-familja li addotatu u habbitu. Malikova qaltilna li hi digà informat lid-direttrici tal-orfanatrofju li minn naha taghha tat il-permess biex Maxim jinghata l-ahhar tislima hawn Malta u jindifen ukoll Malta.

Jekk jirrizulta Maxim Vorobyev miet kawza ta’ gharqa, allura dan ikun l-ewwel kaz ghal din is-sena li persuna tilfet hajjitha b’gharqa.

Wara li saret l-awtopsja

Se jsiru aktar ezamijiet forensici fosthom tad-DNA

Ghalkemm kollox jindika li l-kadavru li nstab fil-bahar huwa ta’ Maxim Vorobyev, il-Pulizija u l-esperti forensici xorta jridu jistennew aktar ezamijiet biex ikunu certi li l-kadavru huwa tieghu. Dan minhabba l-istat avvanzat ta’ dikompozizzjoni li nstab.

L-awtopsja li saret it-Tnejn fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fuq il-kadavru tar-Russu, s’issa rrizulta li l-mewt hija konsistenti ma’ gharqa. L-esperti se jaghmlu ezamijiet tat-tossikologija, fuq is-snien kif ukoll tad-DNA b’dan l-ahhar ezami jista’ jigi mqabbel ma’ hutu li qeghdin jghixu Malta ma’ oht ommu addottiva.

Ghalkemm instabu xi daqqiet fuq il-gisem taz-zaghzugh, fosthom anke fuq rasu, dawn huma kompattibli mad-daqqiet meta l-kadavru kien qed jahbat mal-blat. Ghaldaqstant jidher li ma kienx hemm feriti esterni li setghu gew ikkawzati minn xi persuna jew persuni ohrajn.

Huwa mifhum li l-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud, se jinvestigaw kaz ta’ vann li deher jaqa’ fil-bahar fl-istess inhawi fejn instab Maxim Vorobyev l-ghada li z-zaghzugh gheb.

Dakinhar persuni li kienu qrib id-Dwana l-Qadima fil-Belt kienu raw vann Toyota Lite Ace jaqa’ fil-bahar fil-Port il-Kbir b’velocità eccesiva. Minhabba li l-Pulizija mhuma jeskludu xejn, iridu jkunu certi li forsi Maxim seta’ kien ma’ xi hadd u baqa’ barra mill-gurnata ta’ qabel. L-ezamjiet forensici wrew li l-kadavru li nstab kien ilu fil-bahar bejn ghaxra jew hdax-il gurnata li jfisser dakinhar li Maxim gheb jew l-ghada.

Fuq il-post fejn nizel il-vann fil-bahar kienu marru l-Pulizija tad-Distrett u tal-Mobile kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u mill-FAM. L-ghaddasa mill-EOD kienu ghamlu tfittxija fil-vann izda ma kien instab hadd.

Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qaluli li kien hemm xi okkazzjonijiet fejn il-Pulizija sabu lil Maxim qrib ix-xatt fl-inhawi maghrufin bhala ‘Taht iz-Ziemel’ fil-Belt stess u mhux il-boghod minn fejn instab il-kadavru.

Il-Magistrat Dr Silvio Meli ghadu ma awtorizzax li ssir id-difna qabel ma jaslu r-rizultati forensici kollha.