Mhux eskluz qtil involontarju minhabba traskuragni

inkjesta-gunner-psailaNhar il-Gimgha l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera ghalqet l-inkjesta magisterjali dwar il-mewt tas-suldat Matthew Psaila u ghaddiet kollox lill-Avukat Generali. Sorsi informati tajjeb qaluli li mhux qed ikun eskluz qtil involontarju minhabba traskuragni.

Gunner Matthew Psaila ta’ 19-il sena minn Tax-Xbiex miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fis-16 ta’ Frar, tliet ijiem wara li ttella’ minn taht l-ilma f’Chadwick Lakes. Is-sorsi qalulna li fir-rapport tal-inkjesta qieghed ikun allegat li Mattew Psaila miet minhabba xi tip ta’ traskuragni u nuqqas ta’ harsien ta’ sahha u sigurtà. Qed jinghad ukoll li r-rapport jikkonferma l-ahbar li kienet zvelat il-gazzetta l-ohra tal-Union Print, it-torca, fil-harga tal-14 ta’ Frar 2009 kif ukoll fuq dan is-sit elettroniku, li ma kienx biss Gunner Psaila li kien spicca taht l-ilma izda kien hemm suldati ohrajn. Izda filwaqt li r-‘rescuers’ li kien hemm mas-suldati jissorveljaw it-tahrig salvaw lil dawn is-suldati, hadd ma nduna li Psaila kien qieghed fil-qiegh. Kien aktar tard li ndunaw li Matthew Psaila kien nieqes u nstab fil-qiegh mill-istess suldati.

Sadanittant sorsi qrib il-Forzi Armati ta’ Malta, qalu lil dan il-gurnal li jittammaw li r-rizultat tal-inkjesta tal-Magistrat Scerri Herrera jsir pubbliku mill-aktar fis possibli u ma jispiccax jinheba x’imkien. Huma qeghdin jappellaw biex minnufih ir-rapport jinghata ukoll lill-gurnalisti biex il-poplu jkun jaf x’seta’ mar hazin waqt dan it-tahrig.