Programm ta’ Grajjiet Kurrenti fuq Favourite Channel

xpressMinghajr ma nanticipa se jkun hemm fuq il-programm, nappella lil kull min ghandu interess il-kriminalità u l-Korp tal-Pulizija, biex ma jitlifx dan il-programm. Tqajmu diversi punti fosthom anke jekk il-Pulizija ghandix biex tahdem, problemi li jiffaccjaw il-Pulizija tad-Distrett u anke taqsimiet ohrajn.

L-Opinjonista Manuel Micallef nhar it-Tnejn, 9 ta’ Marzu, 2009 se jilqa’ fl-istudjo divers esperti, biex flimkien janalizzaw u jiddiskutu l-qaghda tal-kriminalità f’pajjizna.

Il-mistednin fl-istudjo ta’ Favourite Channel huma Dr Ivan Mifsud – Chairman tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs ta’ Kordin; Joe Gerada – Chairman tat-Task Force dwar il-White Paper tal-Gustizzja Riparatrici jew kif inhi maghrufa ahjar ‘il-Parole’; Dr Sandra Aquilina – Lecturer fl-Istitut tal-Istudji Forensici; Charles Miceli mill-Caritas; Dr Michael Falzon, Kelliem Ewlieni dwar l-Intern u s-Sigurtà u l-gurnalist investigattiv tal-Union Print, John Pisani.

Il-programm jinkludi servizzi dwar is-suggett u intervisti ma’ tliet esperti ohrajn f’dan il-qasam.

Bi produzzjoni ezekutiva tal-gurnalist Brandon Pisani, X-PRESS jixxandar it-Tnejn 9 ta’ Marzu, 2009, fid-9.00 p.m. fuq Favourite Channel (fuq Melita Cable – Analogue Ch31; Digital Ch108; u Reception U30).