Tfittxija f’bini abbandunat fil-Belt

maxim-valletta-06-03-09Nhar il-Gimgha tkompliet it-tfittxija ghaz-zaghzugh Maxim Vorobyev ta’ 16-il sena li ilu nieqes iktar minn gimgha fejn saret tfittxija f’bini abbanduant fil-Belt.

Il-Pulizija flimkien mat-Taqsima tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghamlu tfittxija intensiva fi blokk bini li jinsab f’numru 148 Triq Sant Usula fil-Belt Valletta. Qabel bdew it-tfittxija, il-Pulizija marru ghand il-familja Pace, li qed trabbi lil Maxim, minn fejn gabu running shoes tat-tifel biex il-kelb jidra r-riha tieghu.

Kien ghal habta tat-3.10 p.m. fejn fil-post dahlu z-zewg membri tal-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, Donald Cutajar u l-‘handler’ Lorry Zammit tal-kelb ‘Nick’ li huwa tar-razza Labrador. Wahda mill-girien gibdet l-attenzjoni tal-Pulizija biex joqghodu attenti ghax il-bini huwa kkundanat tant li hemm xi soqfa li digà cedew. It-tfittixja irrizultat fin-negattiv.

il-Pulizija ghadha qed tappella ghall-ghajnuna tal-pubbliku. Maxim huwa twil hames piedi u hdax-il pulzier. Ghandu xaghru kannella u ghajnejh blu.  It-tfajjel jilbes nuccali tal-vista.  L-ahhar li deher kien liebes jeans blu, flokk beige u jogging shoes isfar. Kull min ghandu informazzjoni dwar Maxim Vorobyev huwa mitlub jaghmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 119 jew 2122 1111.