Pruvat iddahhal id-droga l-habs fil-genitali taghha

Tfajla ta’ 21 sena giet arrestata meta nqabdet iddahhal id-droga l-Habs ta’ Kordin biex tghaddiha lill-gharus taghha.

Il-kaz sehh nhar il-Hamis ghal habta tal-11.00 a.m. meta t-tfajla marret biex izzur lill-gharus taghha ta’ 24 sena minn Wied il-Ghajn li qieghed f’Divizjoni 2. Qabel mat-tfajla ddahlet hdejn il-prigunier, saritilha tfittxija bhala rutina. Kien f’dan il-hin li l-ufficjali tal-Habs sabu raza tal-Cannabis li t-tfajla hbiet fil-parti genitali taghha. Hija ammettiet li d-droga kienet ghall-gharus taghha li dahal il-Habs ix-xahar l-iehor.

B’din is-sejba gew informati l-Pulizija tad-Distrett li bdew jinvestigaw il-kaz. It-tfajla nzammet ghal aktar stharrig filwaqt li d-droga giet elevata biex isiru aktar stharrig. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettru Spiridione Zammit mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid.