Tfajla fil-periklu tal-mewt

Tfajla ta’ 19-il-sena minn Hal Ghaxaq iddahhalet l-Isptar Mater Dei ssofri minn griehi gravi u kienet fil-periklu tal-mewt wara accident tat-traffiku fit-Triq tal-Barrani limiti taz-Zejtun.

L-accident sehh nhar il-Hamis ghal habta tal-10.30 p.m. meta karozza Maruti 800 misjuqa minn mara ta’ 45 mill-Isla kienet qeghda ddur fuq il-lemin biex tmur lejn Hal Ghaxaq. Maghha kellha r-ragel ta’ 53 u t-tfajla li kienet riekba fuq wara. Dak il-hin mid-direzzjoni opposta kien gej Isuzu li kien sejjer lejn Santa Lucija. Kien hawn li sehhet il-habta fejn il-Maruti intlaqtet fuq il-bieba ta’ wara fejn kienet riekba t-tfajla. Mad-daqqa l-Maruti daret u inqalbet fuq il-genb taghha.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet li dawk li kienu fil-Maruti l-isptar. Irrizulta li l-koppja kienu qeghdin isofru minn griehi gravi filwaqt li t-tfajla kienet ukoll fil-periklu tal-mewt. Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mill-Ispettur Anthony Mercieca, qed jinvestigaw l-accident. Il-Magistrat Dr Michael Mallia ordna inkjesta u hatar bhala esperti tal-Qorti lill-Perit Richard Aquilina u Mario Buttigieg.