Jaqbez il-bahar biex jahrab izda jispicca “f’idejn il-Pulizija”

police-afmIl-Pulizija qieghda zzomm tlett irgiel biex jghinuha fl-istharrig b’konnessjoni ma’ allegat kacca fuq il-bahar. Ragel minnhom inqabad mill-Pulizija fuq il-post wara li qabez il-bahar filwaqt li t-tnejn l-ohrajn ingabru mir-residenzi taghhom.

Il-kaz sehh nhar it-Tnejn li ghadda meta suldati mit-Taqsima Marittima tal-Forzi Armati kienu fuq ronda qrib il-Qawra, fuq xoghol ta’ sorveljanza b’kordinazzjoni mal-Pulizija. Ghall-habta tal-11.00 a.m. kienet innutata ‘speedboat’ bi tlett irgiel suspettuzi. Kif dawn indunaw bil-prezenza tad-’dinghy’ tal-FAM dawn ziedu fil-velocità, bis-suldati warajhom.

Madwar 20 minuta wara l-’ispeedboat’ dahlet fil-Bajja tal-Qortin qrib l-Armier u kif waslu ftit metri ’l boghod mix-xatt, wiehed minn dawk li kien fuq l-’ispeedboat’ qabez il-bahar. Li ma kienux jafu l-irgiel suspettati huwa li fl-inhawi kien hemm il-Pulizija fuq sorveljanza, li malli raw lir-ragel jaqbez il-bahar minn fuq l-’ispeedboat’ marru fuqu u zammewh filwaqt li t-tnejn l-ohrajn harbu b’velocità eccessiva.

Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile fejn minn tfittxija li ghamlu sabu xkora li fiha kien hemm tajr mejjet u li huwa protett bil-ligi. Irrizulta li dak li qabez il-bahar huwa zaghzugh ta’ 21 sena mill-Mosta li qal li kien mixi fl-inhawi u waqa’ fil-bahar.

Sadanittant, kif l-ispeedboat harget mill-Bajja tal-Qortin din kompliet tigi segwita mid-’dinghy’ tal-FAM. Kif waslu qrib Kemmuna dawn twaqqfu izda minhabba li ma nstab xejn thallew jitilqu wara li ttiehdulhom il-parti­ko­laritajiet kollha.

Fl-operazzjoni hadu sehem ukoll il-Pulizija mill-Iskwadra tal-ALE li ukoll kienu qieghdin isegwu l-movimenti tal-ispeedboat. Huma marru jassistu lis-suldati izda sakemm waslu dawn kienu lehqu helsu liz-zewgt irgiel. Aktar tard dawn ingabru mir-residenzi taghhom fejn irrizulta li wiehed huwa mill-Imtarfa u l-iehor minn Naxxar.

Minn tfittxija li saret fil-bahar fejn instab iz-zaghzugh mill-Mosta fil-Bajja tal-Qortin, il-Pulizija tal-ALE sabu zewgt isnieter. Dawn l-armi, l-ghasafar protetti, kif ukoll l-ispeedboat gew elevati mill-Pulizija ghal aktar stharrig li qieghed jitmexxa mill-Ispettur Alex Miruzzi.