Rumeni arrestati fuq serq mill-ATMs

Il-Pulizija Maltija ghamlet dak li l-awtoritajiet Amerikani ilhom zmien biex jaghmlu meta nhar il-Hamis arrestaw zewg guvintur ta’ 27 u 20 sena u tfajla ta’ 25 sena, ilkoll Rumeni, li huma professjonisti biex jisirqu flus mill-ATM’s u frodi ohrajn.

Wara xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi l-Pulizija irnexxielhom ikissru cirku li l-vittma kien il-Bank HSBC. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qaluli li huwa stmat li f’perjodu ta’ madwar sena r-Rumeni allegatament serqu aktar minn €100,000 mill-magni tal-flus u uzu ta’ credit cards foloz. L-istess sorsi qalu ukoll li nhar l-Erbgha r-Rumeni serqu madwar €8,000 minn ATM tal-HSBC li tinsab fl-inhawi ta’ Tas-Sliema.

Mill-istharrig li ghamlu l-Pulizija Maltija, li qieghed jitqies bhala wiehed mill-ikbar successi tal-Korp, f’xi hin nhar l-Erbgha l-Pulizija marru f’appartment fl-Imsida fejn qeghdin joqoghdu r-Rumeni.

Mill-post il-Pulizija elevat madwar 60 ‘credit card’, passaport falz u apparat sofistikat li kapaci jikkopja numri ta’ kontijiet ta’ klijenti u apparat li jipproduci credit cards foloz. L-oggetti gew elevati u ttiehdu fit-Taqsima tal-Forensika ghal aktar stharrig.

L-Ispettur Ian Abdilla mit-Taqsima ta’ Kontra l-Frodi qieghed imexxi l-istharrig.

Sadanittant il-Pulizija rnexxielha ssolvi erba’ hold-ups li sehhew f’diversi hwienet, fosthom dolceriji, matul Frar u Marzu.

B’rabta ma’ dawn il-kazi l-Pulizija qieghda zzomm persuna ta’ 26 sena minn Haz-Zebbug ghal iktar stharrig u mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li gejjin.

Advertisements