mva-sta-venera-03-03-09Somalu jsofri griehi hfief f’accident tat-traffiku

Ragel Somalu residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa, sofra griehi hfief meta kien involut f’accident tat-traffiku nhar it-Tlieta li ghadda.

Dan l-accident sehh ghal habta tas-6.35 p.m. fi Triq il-Kbira San Guzepp f’Santa Venera meta s-Somalu kien riekeb fuq ir-rota tieghu u kien sejjer fid-direzzjoni tal-Hamrun. Kif wasal qrib Triq San Gorg, qabzitu karozza misjuqa minn tfajla u jidher li s-Somalu ma ndunax li din kienet se ddur fuq ix-xellug ghal Triq San Gorg b’konsegwenza li baqa’ diehel fil-genb tal-karozza.

Mad-daqqa huwa waqa’ minn fuq ir-rota u baqa’ fl-art. Fuq il-post issejjhet ambulanza b’infermiera li hadet lill-immigrant l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi hfief. Immigrant iehor li kien ghaddej waqaf u hadlu r-rota lejn ic-Centru Miftuh tal-Marsa.

Fuq il-post fejn sehh l-accident kien hemm ukoll il-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Ramon Mercieca.